Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Ic-cittadinanza Ewropea
Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali
Id-Drittijiet Fundamentali
L-access pubbliku
ghal dokumenti
L-edukazzjoni
u l-mobilità taz-zaghzagh
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Equal Rights


Aktar trasparenza ghal rendikont ahjar

It-trasparenza u l-access facli ghal informazzjoni mizmuma minn awtoritajiet pubblici jinsabu fil-qalba ta' kull demokrazija. Minghajr dan, il-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet pubblici ma jistghux jinzammu responsabbli. It-Trattat ta' Amsterdam ghalhekk stabbilixxa fl-1999, li kull cittadin ta' l-Unjoni Ewropea ghandu jkollu "dritt ghall-access" ghad-dokumenti ta' l-UE. Madankollu, il-Parlament Ewropew kellu jaghmel minn kollox sabiex dan il-principju jigi maqlub ghal ligi.

Meta f'Jannar 2000 l-MPE raw l-abbozz tal-ligi dwar l-access tal-pubbliku ghad-dokumenti ta' l-UE li kienet proposta mill-Kummissjoni kienu ddizappuntati hafna. Sa dak inhar it-tlett istituzzjonijiet involuti - il-Parlament, il-Kunsill tal-Ministri u l-Kummissjoni - kellhom sistemi volontarji mwaqqfa sabiex jipprovdu informazzjoni ghall-pubbliku u l-ligi l-gdida fil-fatt dehret qisha pass lura.

Wisq ezenzjonijiet

Il-Parlament iddecieda illi n-numru ta' ezenzjonijiet proposti mill-Kummissjoni, jigifieri, kazijiet fejn id-dokumenti setghu jinzammu mill-pubbliku, kellhom jigu mnaqqsa b'mod sinifikanti. Kien l-aktar kontra ezenzjonijiet fuq il-bazi li "t-thaddim effettiv ta' l-istituzzjonijiet" jista' jiddghajjef u wkoll li tkun ezentata firxa wisgha ta' dokumenti interni. Il-MPE fehmu ghalfejn il-Kummissjoni ma xtaqitx li taghmel pubblika kull ideja - brillanti jew banali - li ufficjal seta' jikteb fuq karta jew e-mail fil-process tat-twaqqif tal-politika. Ghahekk qablu li l-Kummissjoni kellha jkollha xi "spazju fejn tahseb" - kif beda jigi msejjah dan il-principju - imma rrifjutaw l-ideja ta' lista generali li kienet sejra tiggustifika illi kwazi kull dokument jibqa' mistur.

F'Novembru 2000, il-Parlament emenda b'mod sostanzjali l-proposta originali tal-Kummissjoni. Il-pass li jmiss kien illi l-legislazzjoni tmur quddiem il-gvernijiet ta' l-UE, mlaqqghin fil-Kunsill tal-Ministri. Numru ta' Stati Membri kienu anzjuzi hafna illi jzommu grad gholi ta' segretezza dwar il-politika barranija u kwestjonijiet guridici. Izda l-gvernijiet kienu maqsuma. Ftit ma kellhomx legislazzjoni nazzjonali taghhom dwar l-informazzjoni pubblika filwaqt li ohrajn kellhom tradizzjoni twila ta' trasparenza u gharfien. Fl-ahhar il-Parlament irnexxielu juza dan il-qsim sabiex iwessa' il-firxa ta' dokumenti li kellhom isiru pubblici.

Hila fin-negozzjar

Bl-gharfien illi l-gvernijiet kellhom opinjonijiet differenti, il-Parlament gholla l-pozizzjoni tan-negozzjar tieghu b'tali mod li jgib bizzejjed Stati Membri fuq in-naha tieghu fil-Kunsill. Fil-process il-Parlament hadem mill-qrib mal-gvern Svediz li kien il-president tal-Kunsill ta' l-UE ghall-ewwel sitt xhur ta' l-2001 u li ghamel pressjoni qawwija fuq il-gvernijiet l-ohrajn sabiex jaslu ghal qbil. Wara li l-Parlament kien izzgura qbil mal-Kunsill, il-Kummissjoni fl-ahhar qablet mat-test.

U ghalhekk, f'Mejju ta' l-2001, ir-regolament dwar l-access tal-pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea gie iffirmat bhala ligi. Dan ifisser illi kwalunkwe membru tal-pubbliku jista' issa jfittex fuq l-internet sabiex jara x'dokumenti hemm disponibbli minn dawn it-tlett istituzzjonijiet. Bis-sahha tal-Parlament dan ir-regolament sejjer japplika wkoll ghal agenziji ta' l-UE bhall-Agenzija Ewropea ta' l-Ambjent, Ic-Centru ta' Kontroll tad-Drogi u tad-Dipendenza fuq id-Drogi u l-Agenzija ghall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Medicinali. Id-definizzjoni ta' "dokumenti" ma tinkludix biss dawk id-dokumenti mahruga minn dawn l-istituzzjonijiet izda wkoll dawk li jircievu minn partijiet terzi. U jistghu ikunu testi fuq karti, informazzjoni elettronika jew vidjo rrekordjat. Anke dokumenti kklassifikati jistghu jigu mnizzla - bil-kunsens ta' "l-originatur”.

Bazi ghal rifjut

Dokumenti jistghu jigu mitluba mill-internet jew permezz ta' ittra u ghandha tinghata twegiba fi zmien 15-il gurnata tax-xoghol. Jekk l-access ghad-dokument jigi rifjutat, iridu jinghataw ir-ragunijiet. Applikant jista' jitlob li r-rifjut jerga' jigi kkunsidrat. Jekk it-talba tibqa' ma tintlaqax, l-applikant jista' mbaghad jitla' l-qorti jew idahhal ilment ma' l-Ombudsman Ewropew.

L-access ghall-informazzjoni jista' jigi rrifjutat biss jekk il-wiri tieghu jista' jtellef l-interess pubbliku fl-oqsma tas-sigurtà pubblika, kwestjonijiet ta' difiza u militar, relazzjonijiet internazzjonali jew il-politika monetarja u ekonomika ta' l-UE jew Stat Membru jew jekk tikser id-dritt ghall-privatezza. Barra minn hekk, jekk il-wiri ta' l-infomazzjoni jista' jnaqqas l-interessi kummercjali ta' individwu jew kumpanija, jew itellef xi procedimenti w investigazzjonijiet jew verifiki tal-qorti, dan jista' jikkostitwixxi raguni ghar-rifjut ta' l-access sakemm il-wiri ma jilhaqx interess pubbliku aktar importanti.

Fl-ewwel sena minn mindu l-ligi l-gdida dahlet fis-sehh, in-numru ta' l-applikazzjonijiet zdied b'aktar mid-doppju.



  
Relaturi:
  
>  Access pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Michael Cashman (PES, UK)
>  Access pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Hanja Maij-Weggen (EPP-ED, NL) - m’ghadhiex aktar Membru tal-Parlament Ewropew
>  Access pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
>  Registru tad-dokumenti tal-Parlament 
>  Registru tad-dokumenti tal-Kummissjoni
>  Registru tad-dokumenti tal-Kunsill
>  Access pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004