Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Is-sigurtà fil-bahar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiggieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koezjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Transport Safety
> Road transport and road safety
> Trans-European Transport Networks


Kumpens - u serhan tal-mohh – ghall-passiggieri ta’ l-ajru li jispiccaw mhollija l-art

Madwar kwart ta’ miljun ruh fis-sena fl-Ewropa huma mgeghla jabbandunaw it-titjiriet taghhom ma’ linji ta’ l-ajru bi skeda ta’ l-UE. Il-Komunità Ewropea issa inforzat iktar il-legislazzjoni tal-1991 taghha fuq il-kumpens u l-assistenza ghal dawn il-passiggieri fi sforz biex tikkonvinci lil-linji ta’ l-ajru biex ma jaghmlux riservazzjonijiet ghal hafna izjed passiggieri fuq l-ajruplan, filwaqt li tirrikonoxxi l-fatt li l-prattika ma tistax tigi eliminata ghal kollox. Il-Parlament Ewropew ghen biex jiggarantixxi li l-linji ta’ l-ajru jridu jaghmlu aktar ghas-serhan tal-mohh tal-passiggieri mhollija l-art fl-ajruporti minhabba t-tahsir u d-dewmien fit-tul.

Il-legislazzjoni gdida, li mistennija tidhol fis-sehh fi Frar 2005, tistabbilixxi regoli wesghin ta’ l-UE fuq il-kumpens u l-assistenza lill-passiggieri ta’ l-ajru fi tliet sitwazzjonijiet: “imbarkar michud” (essenzjalment ikkawzat minhabba li l-linji ta’ l-ajru jaghmlu riservazzjonijiet ghal hafna izjed passiggieri fuq it-titjiriet taghhom), thassir tat-titjiriet u dewmien fit-tul. Ir-regoli godda jkopru titjiriet (fuq ajruplani mikrija) li mhumiex skedati, li jinkludu dawk li kienu mibjugha bhala parti minn vaganzi organizzati, u kif ukoll titjiriet skedati. U japplikaw ukoll mhux biss ghall-passiggieri li jitilqu minn xi ajruport ta’ l-UE imma wkoll ghal dawk li jivvjaggaw lejn il-Komunità minn xi pajjiz li mhux fl-UE fuq titjira operata minn ajruplan tal-Komunità.

Skemi volontarji ghall-passiggieri li jkunu mgeghla jabbandunaw it-titjiriet

In-numru ta’ passiggieri li kienu michuda l-imbarkar kontra l-volontà taghhom (jew “li kienu mgeghla jabbandunaw” it-titjira taghhom) hu mahsub li jonqos billi jigi wzat metodu gdid ibbazat fuq l-“iskema volontarja” ta’ l-Istati Uniti li kienet success kbir. Meta linja ta’ l-ajru tistenna li se ggieghel passiggieri jabbandunaw it-titjira taghhom, l-ewwel ghandha ssejjah ghall-voluntieri li jcedu l-postijiet ibbukkjati taghhom bi bdil ma’ flus u motivi ohra li jigu mifthiema bejn il-passiggier u l-linja ta’ l-ajru. Flimkien ma’ dawn il-motivi, il-voluntieri ghandhom ikunu offruti ghazla bejn rimbors tal-prezz kollu tal-biljett taghhom (kif ukoll titjira bir-ritorn lejn l-ewwel punt ta’ tluq) jew titjira alternattiva lejn id-destinazzjoni taghhom (maghrufa bhala “re-routing”). Meta ma jkunx hemm voluntieri bizzejjed li jipprezentaw ruhhom biss tista’ l-linja ta’ l-ajru tithalla tichad l-imbarkar ta’ passiggieri kontra l-volontà taghhom. Imbaghad hi trid taghti prijorità biex timbarka nies anzjani u nies b’dizabilità u kull min ikun qed jakkumpanjahom, kif ukoll tfal li mhumiex akkumpanjati.

Kumpens ghal min ma jivvolontarjax

Passiggieri li huma mcahhda minn post fuq it-titjira taghhom kontra l-volontà taghhom qed ibaghtu aktar mill-voluntieri u b’hekk m’ghandux ikollhom jiddependu fuq il-livelli ta’ perswazjoni li l-linja ta’ l-ajru hija lesta li toffri. Minflok, huma jkunu ntitolati ghal rati fissi ta’ kumpens, li ghandhom jiskoraggixxu l-linji ta’ l-ajru milli jikkuntentaw minn riservazzjonijiet ghal hafna izjed passiggieri milli suppost.

Meta ghall-ewwel beda jinnegozja r-regoli godda mal-Kunsill tal-Ministri fl-ahhar tas-sena 2001, il-Parlament Ewropew kellu zewg ghanijiet: biex igib il-legislazzjoni proposta toqghod mar-regola tal-bzonnijiet reali tal-passiggieri u jzomm f’mohhu r-realtajiet kummercjali ghall-ajruplani. Riservazzjonijiet ghal hafna izjed passieggieri milli suppost ma jistghux jigu eliminati, minhabba li l-linji ta’ l-ajru jridu jkunu zguri li l-ajruplani taghhom kemm jista’ jkun ikunu mimlija sabiex ikunu vantagguzi. Ghalhekk huma jridu jipprevedu n-numru probabbli ta’ passiggieri li ma jmorrux ghal titjira specifika (“no-shows”) u mbaghad jaccettaw iktar riservazzjonijiet sakemm jesa’ l-ajruplan. Jekk ma jkunux jistghu jaghmlu riservazzjonijiet ghal hafna izjed passiggieri, ikolhom hafna postijiet vojta, id-dhul u l-profitti jonqsu u jkunu mgeghla jghollu t-tariffi.
Il-MPE hassew li r-rati fissi ta’ kumpens li originarjament kienu stabbiliti mill-Kummissjoni (darbtejn iktar mit-tariffa medja tal-business class ghat-titjiriet intra-Ewropej) jimponu piz wisq kbir fuq il-linji ta’ l-ajru, li digà kienu qed jesperjenzaw diffikultajiet wara l-attakki fuq l-Istati Uniti tal-11 ta’ Settembru. Ir-rati proposti kienu 750 euros ghat-titjiriet ta’ inqas minn 3500km u 1500 euros ghat-titjiriet ta’ 3500km jew iktar. Il-Parlament ipperswada lill-Kunsill biex inaqqas ir-rati u jintroduci sistema fuq tliet binarji li taqbel iktar mar-realtà tat-titjiriet Ewropej: 250 euros ghat-titjiriet ta’ inqas minn 1500km; 400 euros ghat-titjiriet intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1500km u ghat-titjiriet l-ohra kollha ta’ bejn 1500 u 3500km; u 600 euros ghall-bqija tat-titjiriet l-ohra kollha. Huwa ttamat li l-kumpens fuq livelli bhal dawn jgeghlu lil-linji ta’ l-ajru jikkalkulaw il-margni ta’ riservazzjonijiet zejda iktar b’attenzjoni filwaqt li xorta ma jipperikolawx il-profitt taghhom. Il-Parlament irnexxilu wkoll jiggarantixxi li r-regoli jidhlu fis-sehh disa’ xhur aktar tard milli kif kien propost originarjament, b’hekk jinghata aktar zmien lil-linji ta’ l-ajru biex jaddattaw.

Passiggieri li huma michuda mbarkar kontra l-volontà taghhom mhux biss iridu jkunu kkumpensati b’dawn ir-rati fissi imma – bhall-voluntieri – iridu jkunu offruti wkoll l-ghazla bejn rimbors u kif ukoll titjira bir-ritorn ghall-ewwel punt ta’ tluq jew re-routing. Però, jekk passiggieri jistghu jkunu offruti titjiriet alternattivi li jaghmluha possibbli biex huma jaslu f’hin qrib l-iskeda originali taghhom ir-rati ta’ kumpens jistghu jigu mnaqqsa.

Fl-ahhar, vjaggaturi jkunu intitolati ghall-“assistenza” f’forma ta’ ikel u xorb, zewg telefonati, faxes jew e-mails b’xejn u kif ukoll akkomodazzjoni f’lukanda u trasport bejn l-ajruport u l-lukanda jekk ikun hemm bzonn li wiehed jghaddi l-lejl hemm.

Jitnaqqas id-dizappunt tat-thassir

Titjiriet imhassrin huma sorpriza mhux pjacevoli ohra li xi kultant tkun qed tistenna lill-vjaggaturi. Skond il-legislazzjoni l-gdida, passiggieri li t-titjiriet taghhom gew mhassra minhabba ragunijiet kummercjali jkunu ntitolati ghal rimbors jew re-routing u wkoll ghal kumpens fuq l-istess termini b’mod generali tal-vittmi ta’ mbarkar michud. Izda, ma jinghatax kumpens jekk it-thassir ikun minhabba cirkustanzi li ma setghux jigu evitati bhal instabbilità politika, kundizzjonijiet tat-temp hziena hafna jew nuqqasijiet ta’ sigurtà li ma kienux mistennija. U jekk il-passiggieri jkunu nnotifikati bit-thassir gimghatejn minn qabel jew ikunu offruti titjiriet alternattivi r-regola tal-kumpens ma tapplikax.

Originarjament, il-Kummissjoni pproponiet li d-drittijiet tal-passiggieri ghal rimbors jew re-routing jigu llimitati ghall-kazijiet fejn titjiriet jigu kkanccellati minhabba ragunijiet kummercjali. Il-Parlament biddel il-legislazzjoni biex b’hekk, ikunu xi jkunu r-ragunijiet tat- thassir, vjaggaturi jkunu ntitolati ghal rimbors jew re-routing – u kif ukoll ikel, xorb u assistenza ohra.

Titnaqqas il-frustrazzjoni tad-dewmien

L-ahhar haga li tikkaguna nkwiet fl-ivvjaggar bl-ajru – titjiriet li gew posposti ghal hin iehor – hija trattata wkoll mil-legislazzjoni l-gdida. Il-MPE jirrikonoxxu li l-linji ta’ l-ajru generalment mhumiex responsabbli ghad-dewmien, li generalment huwa kkawzat minn problemi fil-kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru u nkwiet iehor. Imma huma hassew li l-passiggieri ta’ min jiehu hsiebhom kif inhu xieraq jekk ikollhom jissaportu dewmien twil fl-ajruporti meta titjiriet huma posposti ghall-hinijiet ohra. Grazzi ghall-isforzi taghhom, il-legislazzjoni tinkludi dispozizzjonijiet li jintitolaw lill-passiggieri ghall-ikel, xorb, telefonati – u anke f’certi kazi akkomodazzjoni f’lukanda – fil-kaz ta’ dewmien ta’ saghtejn jew aktar, jiddependi fuq id-distanza tat-titjira. U meta d-dewmien huwa ta’ l-inqas hames sighat, il-passiggieri jigu moghtija lura l-prezz kollu tal-biljett taghhom u, jekk ikun f’loku, jergghu jittiehdu fil-punt inizjali tat-tluq mill-iktar fis possibli.

Il-bzonnijiet tal-kummerc irrikonciljati mal-protezzjoni tal-konsumatur

Ghalhekk kollox ma’ kollox, il-ligi l-gdida tipprova tohloq bilanc bejn li thalli lill-industrija ta’ l-ajru topera f’ambjent tan-negozju kompettittiv, filwaqt li fl-istess hin tiggarantixxi li l-passiggieri jircievu servizz ta’ kwalità u huma kkumpensati ghal xi inkonvenjenza u skomdità kkawzata minn xi nuqqas biex jitwassal dak is-servizz. Il-MPE irnexxilhom ukoll jiksbu weghda mill-Kummissjoni li fil-futur hi ghandha tipproponi mizuri simili ghall-modi l-ohra tat-trasport tal-passiggieri bhal bil-ferrovija u bil-bahar.



  
Relaturi
  
>  Trasport bl-ajru: kumpens u assistenza ghal passiggieri ta’ l-ajru ghal tlugh rifjutat: Giorgio Lisi (EPP-ED, I)
  
Gurnal Ufficjali- atti finali:
  
>  Trasport bl-ajru: kumpens u assistenza ghal passiggieri ta’ l-ajru ghal tlugh rifjutat

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004