| Meta l-Kummissjoni Santer giet sfurzata tirrizenja fl-1999, it-thezziza nhasset madwar l-Ewropa kollha. Ir-rizenja ta’ l-20 Kummissarju giet wara li l-Kumitat Parlamentari Ewropew dwar il-Kontroll Bagitarju indika irregolaritajiet fl-ghoti ta’ kuntratti lil ditti barranin u l-Kummissjoni naqset li tirrispondi fil-hin ghal dan it-tisjib b’mod adekwat. Erba’ snin wara, meta huwa akkuza lill-Kummissjoni ghal ksur serju fl-ufficcju ta’ l-istatistika Eurostat, il-Kumitat tal-Kontroll Bagitarju wera mill-gdid l-importanza li jkun hemm ghassies finanzjarju ta’ l-UE.
Kull sena, il-Parlament Ewropew ghandu jistma kif il-Kummissjoni tkun amministrat il-bagit ta’ l-UE. Kull April, il-Parlament jivvota dwar risoluzzjoni sabiex jiddeciedi jekk ghandux ma japprovax il-bagit, procedura maghrufa "ghoti ta’ l-approvazzjoni". B’dan il-mod, il-MPE jistghu juru l-approvazzjoni jew id-disapprovazzjoni taghhom tal-mod kif ikunu ntefqu l-flus ta’ l-UE. Il-Kummissjoni ghandha tagixxi fuq kwalunkwe kummenti jew rakkommandazzjonijiet fir-risoluzzjoni tal-Parlament. Jekk il-Parlament jikkonkludi li jridu jigu indirizzati kwistjonijiet serji, huwa ghandu jipposponi l-ghoti ta’ l-approvazzjoni. Imbaghad il-Kummissjoni ghandha tiehu azzjoni malajr sabiex tirrimedja ghall-problemi.
Rizultati tar-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament
Permezz tar-rakkommandazzjonijiet tieghu fir-risoluzzjonijiet tas-sensja, il-Parlament kien kapaci jgib titjib kbir fl-amministrazzjoni tal-flus ta’ min ihalles it-taxxi Ewropew. Wara l-waqa’ tal-Kummissjoni Santer, ir-regoli dwar ghemil ta’ kuntratti ma’ barra gew maghmula aktar stretti. Aktar kmieni dik is-sena, gie mwaqqaf l-Ufficcju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) bhala korp indipendenti fuq l-insistenza tal-Parlament. Ghalkemm il-Kummissjoni digà kellha taqsima sabiex tiggieled il-frodi li jinvolvu l-fondi ta’ l-UE, fl-1997, beda jidher car li irregolaritajiet fi hdan l-istituzzjonijiet Ewropej infushom kienu tali li kien hemm bzonn ta’ korp gdid li seta’ jwettaq huwa wkoll, investigazzjonijiet indipendenti fl-istituzzjonijiet.
Barra minn hekk, il-Parlament dejjem hass li kien hemm bzonn ta’ ufficcju Ewropew tal-prosekutur pubbliku minbarra l-ufficcju ta’ kontra l-frodi, minhabba li l-OLAF ghandu l-poter li jinvestiga biss; ghandu jhalli kwalunkwe prosekuzzjonijiet f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali u mbaghad jistenna u jara x’jigri. Il-proposta ghal prosekutur pubbliku Ewropew issa giet inkluza fl-abbozz tal-Kostituzzjoni mwaqqaf mill-Konvenzjoni.
Ir-rakkommandazzjonijiet tal-Parlament dwar is-sensja wasslu wkoll sabiex itejjbu l-monitoragg ta’ l-infiq agrikolu, inkluz l-espansjoni tal-persunal tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. U fil-prezent, il-Kummissjoni qeghda tinstalla sistema ta’ zamma ta’ kontijiet gdida wara li l-Parlament indika dghjufijiet fis-sistema l-antika.
Darba biss, fl-1998, il-Parlament irrifjuta li jaghti l-approvazzjoni u kien dan li wassal ghar-rizenja tal-Kummissjoni. Ir-rifjut li jaghti l-approvazzjoni ma kellu l-ebda effett legali izda jista’ jitqies bhala sparatura ta’ twissija politika. Fl-1998, wara li l-plenarju tal-Parlament irrifjuta l-approvazzjoni, grupp ta’ esperti indipendenti gie mitlub jinvestiga u kkonferma s-suspetti ta’ frodi u amministrazzjoni hazina. Il-konkluzjonijiet kienu daqshekk ta’ hsara, li l-Kummissjoni kollha ddecidiet li tirrizenja.
Is-successur tas-Sur Santer bhala l-President tal-Kummissjoni, Romano Prodi, u l-Vici-President tieghu, Neil Kinnock, weghdu li jezaminaw bir-reqqa l-apparat tal-Kummissjoni. Minkejja dan, fl-2003, wara investigazzjonijiet u seduti mill-Kumitat ta’ Kontroll Bagitarju tal-Parlament, il-Kummissjoni giet sfurzata tammetti li sehhew irregolaritajiet serji fl-ufficcju ta’ l-istatistici taghha Eurostat u sabiex tiehu mizuri drastici sabiex taghmel l-affarijiet sewwa.
Rapporti annwali mill-Qorti ta’ l-Awdituri
Strument importanti ghall-kontroll finanzjarju effettiv huwa x-xoghol tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Din l-istituzzjoni bbazata fil-Lussemburgu twettaq kontrolli indipendenti fuq il-gbir u l-infiq tal-fondi ta’ l-UE. Hija tistma l-mod kif l-istituzzjonijiet u l-agenziji ta’ l-UE jwettqu x-xoghlijiet taghhom u tezamina jekk operazzjonijiet finanzjarji jkunux gew irregistrati b’mod xieraq, u jkunux gew imwettqa u amministrati b’mod legali u regolari.
Ghal bosta snin issa, il-Qorti kkonkludiet fir-rapporti komprensivi annwali taghha li l-irregolaritajiet jaffettwaw bejn wiehed u iehor 5 % ta’ l-infiq. Il-frodi huma biss aspett minuri ta’ dawn l-irregolaritajiet, li huma dovuti b’mod principali bhall-iffilzar korrett ta’ formoli ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnifsha tista’ tinzamm direttament responsabbli ghal ftit affarijiet, minhabba li 80-85% tal-fondi ta’ l-UE huma amministrati u mmonitorjati minn amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali fl-Istati Membri.
Divizjoni tax-xoghol
Minhabba l-kumplessità tal-bagit ta’ l-UE, il-MPE individwali dwar il-Kumitat tal-Kontroll Bagitarju jispecjalizzaw f’politika ta’ l-UE u jippreparaw ir-rispons tal-Parlament ghal rapporti specjali mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-qasam taghhom, spiss fil-forma ta’ rapporti ta’ hidma ghall-gwida tal-MPE bir-responsabilità totali gha-sensja.
Minbarra li jifli l-mod kif il-Kummissjoni tkun ittratat il-bagit generali ta’ l-UE, il-Kumitat tal-Kontroll Bagitarju jaghmel stima ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE, bhalma huma l-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Qorti tal-Gustizzja, il-Kumitat tar-Regjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Socjali u, ovvjament, il-Parlament Ewropew nnifsu. Jezamina wkoll il-bagit tal-korpi ta’ l-UE bhalma huma l-Agenzija ghas-Sigurtà u s-Sahha fuq ix-Xoghol, l-Agenzija ta’ l-Ambjent, ic-Centru tat-Traduzzjoni, ic-Centru tal-Monitoragg ghad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi, ic-Centru tal-Monitoragg dwar ir-Razzizmu u l-Ksenofobia, l-Agenzija tar-Rikostruzzjoni ghall-Kosovo u l-Ombudsman Ewropew.
|