Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
L-elezzjonijiet ghall-PE
L-organizzazzjoni
u t-thaddim tal-PE
Id-decizjoni kongunta
u proceduri ohra
Is-setghat bagitarji
Il-kontroll bagitarju
Is-sorveljanza demokratika
L-istatut tal-Membri
u ta’ partiti politici Ewropej
Il-kumitati temporanji
u kumitati ta’ stharrig
Istituzzjonijiet ohra ta’ l-UE
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Reform of MEPs' expenses


Le ghal Statut ghall-MPE – Iva ghal Statut ghall-partiti Ewropej

Xi karatteristici tax-xoghol tal-Parlament Ewropew ghadhom, b’mod sorprendenti, “nazzjonali” aktar milli “Ewropej”. Il-MPE mhumiex kollha mhallsa l-istess salarju. Minflok huma mhallsa minn pajjizhom bl-istess rata tal-membri tal-parlamenti nazzjonali taghhom, u anke ghall-elezzjonijiet Ewropej, partiti politici li huma mifruxa madwar l-Ewropa ghadhom iridu jiehdu post partiti nazzjonali. Sforzi biex jigu ntrodotti pagi u kundizzjonijiet standard ghall-MPE twaqqfu ghalissa. Imma sar progress fuq xoghol biex jinholqu partiti mifruxa madwar l-Ewropa.

Il-MPE huma rregolati minn ghadd kbir ta’ regoli dwar l-istatus, il-paga u l-ispejjez taghhom, l-immunità parlamentari minn azzjoni legali u kwistjonijiet ohra. F’certu kazi huma soggetti ghal-ligi nazzjonali taghhom stess, u f’kazi ohra huma rregolati mir-regoli ta’ l-UE. Dan jaghti lok ghal kull xorta ta’ anomaliji. Per ezempju, MPE Spanjol jircievi l-istess salarju bhal membru fil-Cortés filwaqt li MPE Germaniz jiehu l-istess bhal membru tal-Bundestag. U mhux biss is-salarji tal-MPE huma mhallsa minn pajjizhom imma huma ntaxxati bir-rati nazzjonali wkoll. Fl-istess hin huma lkoll qed jaghmlu l-istess xoghol u kollha qed jahdmu principalment fi Brussell u fi Strasburgu.

Saru sforzi matul is-snin biex ikun milhuq ftehim fuq “statut komuni”, jew sett ta’ regoli ewlieni, li jnehhi d-differenzi kollha. Izda dan l-istatut irid ikun approvat mhux biss mill-Parlament Ewropew imma wkoll mill-gvernijiet nazzjonali. Il-MPE hasbu li kienu waslu biex ilestu din il-kwistjoni meta f’Gunju 2003 il-Parlament qabel fuq abbozz ta’ statut wara snin fejn ipprova jasal ghal kompromess li jkun accettabbli ghall-gvernijiet, li jiltaqghu fil-Kunsill tal-Ministri. Il-Kunsill, izda, habbar li hu oggezzjona fuq tliet punti: l-età ta’ l-irtirar ghall-MPE, l-arrangamenti tat-taxxa ghas-salarji taghhom u kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ privileggi u immunitajiet, li hu qal li jistghu jigu mibdula biss fuq il-bazi ta’ negozjati fost il-gvernijiet tal-UE.

Il-Parlament wiegeb billi rega’ vvota f’Dicembru 2003 u ddecieda b’maggoranza kbira hafna biex jelimina dawn il-kwistjonijiet. Billi kien accetta x-xewqa ta’ diversi gvernijiet li riedu li jkunu jistghu jintaxxaw it-taxxa fuq id-dhul nazzjonali fuq is-salarji tal-MPE, anke jekk dawn issa se jkunu mhallsa mill-bagit ta’ l-UE, il-Parlament qabel li ghandhom ikunu suggetti mhux biss ghat-taxxa Ewropea imma wkoll ghat-taxxa nazzjonali. L-unika kundizzjoni taghhom kienet li m’ghandu jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja (punt li kien accettat mill-Kunsill). Il-Parlament qabel li jahdem fuq l-immunitajiet u l-privileggi b’mod separat, billi jsaqsi lill-Istati Membri biex jirrevedu l-Protokoll relevanti tal-1965. Fl-ahhar, il-MPE ipproponew kompromess fuq l-età ta’ l-irtirar, li l-Presidenza Taljana tal-UE ta’ dak iz-zmien kienet inidkat li jkun accettabbli: il-MPE ikunu ntitolati ghall-pensjoni mill-età ta’ 63 sena (minflok minn 65 sena kif ried il-Kunsill jew minn 60 sena kif kien propost mill-Parlament f’Gunju).

Hamsa u ghoxrin sena wara l-ewwel elezzjonijiet diretti ghall-Parlament Ewropew deher li sa fl-ahhar kien wasal il-mument, il-membri kollha tieghu jistghu sa fl-ahhar ikunu rregolati mill-istess regoli. Imma bla ma kien mistenni u fl-ahhar minuta – waqt il-laqgha tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2004 fejn kien mistenni li jigi approvat l-abbozz ta’ statut – numru ta’ ministri oggezzjonaw fuq il-livell tas-salarji proposti ghall-MPE li kienu mfassla fuq nofs dak ta’ mhallef tal-Qorti tal-Gustizzja Ewropew u li sa dak iz-zmien ma kienx oppost. Ghalhekk l-istatut kollu kien imhassar u issa se jkun f’idejn Parlament gdid li jaghmel il-kuragg biex jerga’ jipprova darb’ohra.

Statut ghall-partiti politici

L-affarijiet marru ahjar fejn jidhol l-istatut li jittratta l-istatus legali u l-finanzjament tal-partiti politici Ewropej. Fil-prezent MPE jigu eletti bhala rapprezentanti tal-partiti politici tal-pajjizi, ghalkemm la darba jaslu fi Brussel huma generalment jahdmu fi hdan wiehed mill-“gruppi politici”, li jirraprezentaw ideat tal-medda shiha politika, li tressaq il-partiti nazzjonali flimkien. Barra l-Parlament Ewropew, xi ftit mill-partiti l-iktar importanti waqqfu, hafna zmien ilu, federazzjonijiet mifruxa madwar l-Ewropa, ghalkemm dawn kienu ftit il-boghod milli jkollhom il-kwalità li ggib l-ghaqda u impatt pubbliku tal-partiti politici. Izda, matul is-snin numru ta’ partiti fuq livell Ewropew kienu fformati, bhall-PPE (demokratici kristjani/ic-centru lemini), il-Partit tas-Socjalisti Ewropej, l-ELDR (liberali), l-Alleanza Libera Ewropea (principalment partiti regjonalisti) u l-Greens (Hodor), filwaqt li ohrajn qeghdin fil-process li jigu mwaqqfa.

Huwa mahsub li jkun hemm beneficcji jekk partiti politici mifruxa madwar l-Ewropa kellhom jiksbu profil gholi, specjalment biex jilqghu ghat-tendenza li l-elezzjonijiet Ewropej jigu miggielda fuq kwistjonijiet nazzjonali iktar milli Ewropej. Tassew li t-Trattat tal-Kommunità Ewropea jiddikjara li “partiti politici fuq livell Ewropew huma importanti bhala fattur ghall-integrazzjoni fi hdan l-Unjoni. Huma jikkontribbwixxu biex jigi ffurmat gharfien Ewropew u biex tigi espressa r-rieda politika tac-cittadini ta’ l-Unjoni.” Minkejja l-importanza b’hekk moghtija lill-partiti Ewropej, ha ftit taz-zmien – ghalkemm mhux daqshekk twil bhal fil-kaz ta’ l-istatut tal-MPE – biex jintlahaq ftehim bejn il-gvernijiet tal-UE kif ukoll bejn il-Parlament u l-gvernijiet tal-UE fuq ir-regoli ghall-gharfien tal-partiti Ewropej, li jinvolvu l-finanzjament ghal dawn il-partiti mill-bagit tal-UE.

Ir-regolament fuq “partiti politici fuq livell Ewropew”, li se jigi fis-sehh f’Lulju 2004 wara l-elezzjonijiet Ewropej, jistipola li sabiex jigi rikonoxxut u b’hekk jircievi finanzjament mill-UE, partit Ewropew irid ikun irraprezentat minn ta’ l-inqas fi kwart ta’ l-Istati Membri, mill-Membri tal-Parlament Ewropew, jew fil-parlamenti nazzjonali jew f'assembleja regjonali; b’mod alternattiv, huwa jrid ikun ircieva, minn ta’ l-inqas fi kwart ta’ l-Istati Membri, minn ta’ l-inqas tlieta fil-mija tal-voti mitfuha fl-elezzjonijiet Ewropej l-aktar ricenti. Partit Ewropew irid jirrispetta wkoll il-principji ta’ l-UE, jigifieri, libertà, demokrazija, rispett ghad-drittijiet umani u libertajiet fundamentali, u r-regola tal-ligi.

Il-bagit ta’ l-UE ha jkollu 8.4 miljun ewro disponibbli ghall-finanzjament tal-partiti politici Ewropej. Minn dawn, 15% se jkunu mqassma ndaqs fost il-partiti, filwaqt li l-bqija se jkunu mqassma skond in-numru ta’ membri eletti fil-Parlament Ewropew. Biex jircievi finanzjament mill-bagit, partit politiku fuq livell Ewropew irid jaghmel talba lill-Parlament Ewropew kull sena. B’hekk kwalunkwe flus li jigu rcevuti jistghu biss jintuzaw biex ikopru nfiq li ghandu x’jaqsam b’mod dirett ma’ l-oggettivi mnizzla fil-programm politiku tieghu u ma jistghux jintuzaw ghall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politici nazzjonali.

Partit Ewropew irid ukoll jippublika kull sena id-dhul u l-infiq u jiddikjara s-sorsi l-ohra ta’ finanzjament billi jipprovdi lista ta’ donaturi u ta’ donazzjonijiet li jaqbzu l-500 ewro li jircievi minn kull donatur. Partit ma jistax jaccetta donazzjonijiet anonimi, donazzjonijiet minn korpi legali fejn l-istat ghandu iktar minn 50% tal-kapital, lanqas donazzjonijiet ta’ iktar minn 12,000 ewro kull sena minn individwi jew organizzazzjonijiet.



  
Rapporteurs:
  
Adozzjoni ta’ l-Istatut ghall-Membri tal-Parlament Ewropew: Willi Rothley (PES, D)
Statut u finanzjament tal-partiti politici Ewropej: Jo Leinen (PES, D)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Adozzjoni ta’ l-Istatut ghall-Membri tal-Parlament Ewropew – test adottat mill-Parlament
Adozzjoni ta’ l-Istatut ghall-Membri tal-Parlament Ewropew – rizoluzzjoni adottata mill-Parlament
Statut u finanzjament tal-partiti politici Ewropej

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004