Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Free Trade and Development


L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc ghandha tkun trasparenti.

Kullimkien kulhadd ghandu x’jaqsam mall-kummerc barrani. Minghajr kummerc ma jkunx hemm banana fi Vjenna, jew medicini Ewropej fi New York. Izda t-tema hija wahda kumplessa. Negozjati dwar tariffi u kwoti jidhru burakratici. Hafna jaraw l- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO) bhala Kolossu li l-ghemil tieghu ma jistghax jigi nfluwenzat minn barra. Il-laqghat ta’ protesta ghall-globalizzazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc huma bosta. Il-Membri Ewropej bhala rapprezentanti tac-cittadini qeghdin jiggieldu ghal aktar trasparenza fin-negozjati ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc.

Wiehed minn hamsa (1/5) mill-importazzjoni u esportazzjoni li jaqghu fil-kont ta’ l-Unjoni Ewropea taht “Kummerc Dinji” huma daqstant importanti ghall -Unjoni Ewropea. Izda ghal hafna jibqa’ oskur il-mod ta’ kif tahdem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Minflok jiccirkolaw hafna slogans. Wiehed ma jistghagibx b’dan ghax l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc hija kkoncernata f’hafna temi, u l-konferenzi bejn il-ministri taghha kwazi kollha jsiru fil-maghluq. Ghalhekk l-isfiducja tac-cittadin fir-rigward ta’ l-Organizzazzjoni qeghda tikber. Il-kummerc dinji u l-globalizzazzjoni jnaqqsu r-riskji izda anke l-opportunitajiet. Dawn sejrin jigu diskussi fil-futur, f’laqgha ghall-parlamentari ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc ta’ l-Istati Membri.

Ghal Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc aktar demokratika.

Id-delegati Ewropej qeghdin jesigu li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc tkun aktar miftuha, b’hekk tissahhah, u tkun aktar legittima u demokratika fl-Organizzazzjoni parlamentari. Il-Kummissjoni Ewropeja ghandha tmexxi dawn in-negozjati ghall-Unjoni Ewropea fi hdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO). Fuq livell parlamentari, il-Parlament Ewropew ha l-inizjattiva li johloq dimensjoni parlamentari fi hdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Flimkien ma’ l-Unjoni Interparlamentari (IPU) organizza konferenzi parlamentari ghall-WTO. Konferenza ta’ dan it-tip saret f’konferenza tal-WTO ghall-ministri f’Kankun f’Settembru. Kien hemm 240 delegat minn aktar minn 70 pajjiz. Il-laqghat damu jumejn u fost l-ohrajn gew diskussi l-politika ghall-agrikoltura, is-servizzi u kif il-pazjenti minn pajjizi li ghadhom qed jizviluppaw jistghu jhallsu ghall-medicinali.

Ghall-konferenza tal-ministri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc li saret fl-ahhar ta’ l-1995 f’Seattle id-delegati sahqu ghad-“dimensjoni parlamentari”. Protesti u dimostrazzjonijiet fl-okkazjoni ta’ din il-konferenza urew kemm hija kbira l-isfiducja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO), li ghal hafna gabet konsegwenzi negattivi fil-globalizzazzjoni. Ghall-Membri Parlamentari Ewropej u l-kollegi taghhom minn pajjizi ohra, din kienet il-kawza biex isir ftehim halli jikkopperaw aktar mill-qrib biex ikunu aktar infurmati dwar l-attivitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Huma jhossu li jekk id-decizjonijiet li qeghda tiehu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc qeghdin jaffettwaw il-hajja tac-cittadini, allura ghandu jkun hemm rapprezentant mill-poplu biex jippartecipa fil-konsultazzjonijiet.

Aktar djalogu

Fl-Unjoni Ewropeja il-kummissjoni tinforma lill-parlament bil-kundizzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO) u taqsam mad-delegati informazzjoni dwar temi u strategiji. Il-Parlamentari jghaddu r-rakkommandazzjonijiet lill-Kumissjoni. Fil-passat, barra li kkoncentrat biex ikun hemm integrazzjoni ahjar fil-pajjizi li qeghdin jizviluppaw, ir-riformi agrarji u s-settur tas-servizzi (bhal fil-kaz tal-medicinali u kif ukoll il-bzonnijiet tal-morda f’pajjizi li ghadhom qed jizviluppaw jistghu jintlahqu). Ricentement il-kummissarju tal-kummerc Pascal Lamy f’laqgha mal-Membri Parlamentari rraporta kif id-diskussjonijiet f’Kankun fallew u b’hekk wiehed jistaqsi dwar l-istruttura kurrenti ta l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc – specjalment il-principju li tilhaq decizjonijiet b’kunsens.

Izda dan mhuwiex bizzejjed ghall-Membri Parlamentari. Huma jixtiequ li l-funzjoni tad-delegati tkun li jaghtu pariri lill-Istati Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO). Huwa wkoll importanti l-iskambju ta’ informazzjoni diretta. Bhal fil-kaz tad-delegati mill-Mali fil-konferenza f’Kankun, setghu jghidu ghalfejn il-qoton huwa mportanti ghal pajjizhom. Delegati minn pajjizi ohra jkunu jistghu jghaddu l-opinjoni taghhom dwar il-politika tal-gvernijiet taghhom dwar il-qoton madwar il-mejda tan-negozjati.
Minhabba li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-parlamentari halla effett pozittiv, il -240 delegat iddecidew li jiltaqghu kull sena. Il-Parlament Ewropew digà ghamel stedina ghas-sena d-diehla. Fl-Agenda ghandu jkun hemm diskussjonijiet ghal riformi fil-WTO, tema li l-Membri Parlamentari sahqu fuqha f’rizoluzzjoni li harget mill-falliment ta’ Kankun.

Wara s-slogans (dimensjoni parlamentari) jinhbew diversi mudelli ta’ kif il-Membri Parlamentari u d-delegati kollegi jixtiequ jistabilixxu d-daqs ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Ghalkemm fil-prezent hija pjuttost Utopja li taghmel suggeriment biex issir laqgha parlamentari ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Ghal din il-laqgha jkun irid isir ftehim bejn l-Istati Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni li bhal issa lanqas ma huma qeghdin jaqblu fin-negozjati tad-Doha. Ir-rapprezentanti tal-poplu jridu jghinu fix-xoghol ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc biex tkun aktar trasparenti u biex jinfluwenzaw id-decizjonijiet li tiehu l-WTO fil-kuncett tac-cittadini li ghazluha.

Slogan

(WTO) - L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc. Organizzazzjoni b’inqas minn 150 Stat Membru ghandha r-responsabbilità li tippromovi u li thares il-kummerc dinji. Il-WTO giet imwaqqfa fl-1995 bhala successur ta’ l-Organizzazzjoni tat-Tariffi Generali (GATT). Din tiltaqgha f’Ginevra. Mill-2002 Supachai Panitchpaki tat-Tajlandja inhatar bhala d-direttur generali. Il-konferenza tal-Ministri hija l-oghla laqgha li fiha jittiehdu d-decizjonijiet. Dawn is-Summits tal-WTO jsiru kull sentejn. Fil-frattemp ikun hemm il-laqghat ta’ pariri mill-WTO.

Doha. Il-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc f’Doha /Qatar iddecidew li fl-ahhar ta’ 2001 jifthu kummerc gdid dinji. Dan iservi biex kif gara fit-tmien seduti precedenti jilliberalizzaw aktar il-kummerc dinji. Izda l-ghan ewlieni tad-Doha huwa li jintegraw aktar bil- qawwa dawk il pajjizi sotto zviluppati biex jghinuhom jeghlbu l-problema tal-faqar. Ghalhekk din giet imsejjha Agenda ta’ Zvilupp Doha. Wahda mit-temi ewlenin hija l-agrikoltura. Il-hames laqgha ministerjali tal-WTO li saret bejn l-10 u l-14 ta’ Settembru 2003 f’Kankun fil-Messiku falliet. Din il-laqgha kienet importanti fl-istadju ta’ konkluzjoni. F’Kankun kellu jitqies: x’intlahaq f’Doha, x’ghad fadal li jintlahaq? Fil-konferenzi hargu differenzi kbar, fin-negozjati dwar l-agrikoltura u l-investiment. Id-diskussjonijiet temmew minghajr ftehim. Fl-ahhar ta’ l-2004 ghandhom jintemmu l-laqghat tad-Doha.

Unjoni Interparlamentari (IPU) – L-Unjoni Interparlamentari tlaqqa’ parlamenti ta’ stati sovrani minn madwar id-dinja. Din twaqqfet fl-1889 u tiltaqa’ f’Ginevra. L-ghan ewlieni taghha huwa li jkun hemm skambju ta’ esperjenzi bejn il-parlamenti u d-delegati, biex jinghata kontribut ghaz-zamma tal-Paci u kooperazzjoni internazzjonali. Fil-prezent hemm 138 membru u hames membri assocjati fl-IPU. L-Unjoni Ewropeja hija wkoll membru assocjat.



  
Relaturi:
  
>  Rawnd tal-Millenju tal-WTO: Konrad Schwaiger (EPP-ED, D)
>  WTO – agenda inkorporata: Konrad Schwaiger (EPP-ED, D)
>  Relazzjonijiet kummercjali ma’ certi pajjizi industrijalizzati: Erika Mann (PES, D)
>  Ftuh u demokrazija fil-kummerc internazzjoanli: Harlem Désir (PES, F)
>   X’inhi l-WTO
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
>  Rawnd tal-Millenju tal-WTO – test adottat mill-Parlament
>  WTO – agenda inkorporata - test adottat mill-Parlament
>  Relazzjonijiet kummercjali ma’ certi pajjizi industrijalizzati- test adottat mill-Parlament 
>  Ftuh u demokrazija fil-kummerc internazzjoanli
>  Ir-Risoluzzjoni ta’ Qabel Kankun - test adottat mill-Parlament
>  Ir-Risoluzzjoni ta’ Qabel Kankun - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004