Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiża
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerċ barrani
Il-kooperazzjoni ta’ żvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Għall-paċi, stabbilità u prosperità fil-Balkani.

Il-Balkani huma, fl-istess waqt, l-akbar falliment ta' l-Unjoni Ewropea u l-akbar suċċess fil-politika barranija. L-UE ma kienetx kapaċi tevita l-gwerra mdemmija li faqqgħet fl-1992, jew li ttemmha meta bdiet. Iżda dan il-falliment ħammar wiċċ l-UE tant li ħadhet azzjoni ħafna aktar effettiva ftit tas-snin wara. Meta gwerra ċivili dehret riesqa fil-Maċedonja, fl-2001, u heddhet diżastru mill-ġdid fil-Balkani, l-UE indaħlet u irnexxielha tirrikonċilja l-gruppi etniċi Albaniżi u Maċedoni billi ħadmet favur ftehim kostituzzjonali ġdid għall-pajjiż. Sadanittant, fil-Bosnia Ħerzegovina u l-Kosovo, sfigurati mill-gwerra, għadhom isiru sforzi kbar favur l-stabbilità, il-prosperità u r-regola tal-liġi.

Fl-1995, fi tmiem il-gwerra li farrket il-Jugoslavja, il-komunità internazzjonali bagħtet forza għaż-żamma tal-paċi immexxija minn-NATO (IFOR, aktar tard l-isem imbidel għal SFOR) fil-Bosnia u Ħerzegovìna - dik il-parti tar-reġjun l-aktar ikkontestat u kawża ta' ġlied feroċi. Inħolqot il-kariga ta' Rappreżentant Għoli, speċi ta' gvernatur b'poteri wisgħin biex jimmonitorja u jimplimenta l-ftehim ta' paċi għall-Bosnja u Ħerzegovìna. Ir-rwol tal-UE kien, il-biċċa l-kbira, limitat għall-provvediment ta' għajnuna umanitarja.

Użu aktar effettiv ta' għajnuna mill-UE

Bħala parti mir-reviżjoni annwali ta' l-infiq ibbaġitjat ta' l-UE, il-Parlament Ewropew kien obbligat li jara kif din l-għajnuna kienet titmexxa. F'diversi okkażżjonijiet xi MPE emfasiżżaw li kienet qegħda tkun ipprovduta bil-mod wisq u kien hemm nuqqas ta' trasparenza u mmonitorjar. Din il-kritika bdiet tagħti l-frott wara l-intervent militari tan-NATO fil-Kosovo fl-1999. Ġie deċiż li l-għajnuna għal dan ir-reġjun imħarbat, li waqa' taħt l-amministrazzjni tal-ĠM wara l-irtirata Serba, tigi immaniġjata lokalment u mhux minn Brussel, li huwa tant 'il bogħod. Il-Parlament insista li ċ-ċentru operattiv ta' l-Aġenzija ta' l-UE għar-Rikostruzzjoni ikun fi Priština u jkollha livell għoli ta' awtonomija. Riżultat ta' dan, l-għajnuna kienet fornita ħafna aktar malajr u b'mod ħafna aktar effettiv. B'hekk meta, fix-xitwa tas-sena 2000, il-Bosnia kienet mhedda b'nuqqas kbir ta' żejt li jintuża biex isaħħan, l-UE kienet kapaċi twassal il-provvisti fil-waqt.

L-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni- li, sadanittant, fetħet ċentri operattivi oħra f'Belgrad, Skopje u Podgoriča – hija kontabbli lejn il-Parlament kif ukoll lejn il-Kunsill. l-MPE, għalhekk, setgħu jintervjenu meta raw l-affarijiet sejrin żmerċ. Meta kiber l-għadab fost l-Albaniżi fil-Maċedonja għall-fatt li d-djar distrutti mill-forzi militari tal-Maċedonja, waqt li-ġlied fil-bidu tas-sena 2001, kienu qegħdin jerġgħu jinbnew bil-mod wisq, il-Parlament ħa passi sabiex dan isir prijorità ewlenija. Insista wkoll li parti adekwata mill-fondi disponibbli tmur għat-tneħħija tal-mini.

Kien il-biċċa l-kbira mertu ta' l-Parlament li, fil-fatt, kien hemm flus biżżejjed għar-rikostruzzjoni. Meta, fl-1999, kien qiegħed jiġi deċiż il-baġit ta' l-UE għas-sena ta' wara, l-MPE kellhom biċċa xogħol iebsa mal-Kunsill biex jaċċertaw li l-500 miljun Euro, li l-Bank Dinji u organiżżazzjonjiet internazzjonali oħra qisu meħtieġa għar-rikostruzzjoni tal-Kosovo, jidħlu, fil-fatt, fil-bagit. Il-Kunsill, li kien qabel, oriġinarjament, li 500 miljun kienu meħtieġa, pprova jmur lura mill-impenn oriġinali tiegħu u, wara, anki pprova jieħu xi ftit mill-flus mill-fondi għal koperazzjoni fl-iżvilupp. Finalment, il-Parlament irnexxilu jara li 200 miljun jittieħdu minn baġit riservat għal htiġijiet urġenti u imprevisti tal-baġit.

Bini ta' rabtiet aktar mill-viċin

Il-Parlament għen biex jagħti sura lir-relazzjonjiet ta' l-UE mal-Balkani b'modi oħra wkoll. Il-Proċess ta' Stabiliżżazzjoni u Assoċjazzjoni, li nbeda formalment f'Novembru tas-sena 2000, joffri l-prospett ta' sħubija fl-UE għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Jippermetti l-Unjoni Ewropea li taħdem ma' kull pajjiż sabiex tressqu aktar viċin lejn il-livelli demokratiċi u ekonomiċi ta' l-UE. Il-Parlament impona kundizzjonijiet importanti fuq il-pajjiżi Balkaniċi li jixtiequ jkunu inklużi fil-proċess ta' Stabiliżżazzjoni u Assoċjazzjoni – bħal koperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavia fl-Aja, garanziji dwar id-dritt tar-rifuġjati li jirritornaw f'pajjiżhom u impenn sħiħ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organiżżata. Bħala parti minn dan il-proċess, intlaħaq ftehim dwar stabiliżżazzjoni u assoċjazzjoni mal-Maċedonja u l-Kroazja. Fi Frar tas-sena 2003, il-Kroazja applikat formalment biex tissieħeb fl-UE.
Mod aktar informali kif jiġu nfluwenzati l-iżviluppi fil-Balkani, li rriżulta effettiv ħafna, huwa "ix-xibka ta' MP ta' l-Ewropa tax-Xlokk". Permeżż ta' din ix-xibka il-MPE jiltaqgħu, b'mod regolari, ma' membri parlamentari mill-pajjiżi Balkaniċi fi gruppi relattivament żgħar u maniġabbli biex jinkoraġġuhom u jiggwidawhom tul it-triq lejn demokrazija parlamentari u tmexxija demokratika. Ix-xibka hija komposta minn delegazzjonijiet mill-Parlamenti Ewropej u l-parlamenti tal-Albanija, il-Bosnia u Ħerzegovìna, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, il-Maċedonja (FYROM), il-Montenegro u r-Rumanija.



  
Relaturi:
  
Agenzija ewropea ghar-rikostruzzjoni – holqien u operazzjoni: Joost Lagendijk (Greens/EFA, NL)
Agenzija ewropea ghar-rikostruzzjoni – il-Bosnia-Herzegovìna, il-Kroazja , ir-RF Jugoslavja, il-Macedonja (FYROM): Doris Pack (EPP-ED, D)
Ewropa tax-Xlokk – patt ta' stabilità, ftehim ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni: Joost Lagendijk (Greens/EFA, NL)
Ewropa tax-Xlokk: process ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni - L-ewwel rapport annwali.: Joost Lagendijk (Greens/EFA, NL)
Ewropa tax-Xlokk: process ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni - It-tieni rapport annwali.: Joost Lagendijk (Greens/EFA, NL)
Bagit ghas-sena 2000 (Sezzjoni III – Kummissjoni Ewropea): Jean-Louis Bourlanges (EPP-ED, F)
Agenzija ghar-Rikostruzzjoni
Process ta' Stabilizzazzjoni u Assocjazzjoni
  
Gurnal ufficjali - l-atti finali:
  
Agenzija ewropea ghar-rikostruzzjoni: holqien u operazzjoni
Agenzija ewropea ghar-rikostruzzjoni: l-Bosnia-Herzegovìna, il-Kroazja , ir-RF Jugoslavja, il-Macedonja (FYROM)
Ewropa tax-Xlokk: patt ta' stabilità, ftehim ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni. (test accettat mill-Parlament)
Ewropa tax-Xlokk: process ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni - L-ewwel rapport annwali (test accettat mill-Parlament)
Ewropa tax-Xlokk: process ta' stabilizzazzjoni u assocjazzjoni - It-tieni rapport annwali (test accettat mill-Parlament)
Bagit ghas-sena 2000 (Sezzjoni III – Kummissjoni Ewropea)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004