Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Azzjoni Ewropea kontra l-mini antipersuna

Kull sena l-mini antipersuna jhallu hafna vittmi, il-parti l-kbira minnhom fil-pajjizi l-iktar foqra. L-Unjoni Ewropea ddecidiet li tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali mnizzla fil-Konvenzjoni ta' Ottawa u li ssahhah il-koezjoni u l-effettività ta' l-azzjoni bhala prevenzjoni kontra dawn id-dizgrazzji. Il-Parlament Ewropew kien minn dejjem profondament involut f'dan il-qasam, u ghalhekk zgura li l-legizlazzjoni tal-Komunità addottata fl-2001 stabilixxiet, fil-kuntest ta' strategija ta' prevenzjoni globali, li l-hazniet kollha tal-mini fl-Istati Membri jigu eliminati. Bl-istess mod, fuq l-insistenza tal-Parlament Ewropew, inholoq punt specifiku tal-bagit ghall-azzjoni kontra l-mini antipersuna.

Il-mini antipersuna ma jiddiskriminawx bejn suldati u pajzana, u ta' spiss jisplodu f'zoni fejn il-popolazzjoni civili qed tipprova teghleb l-effetti li jkunu hallew kunflitt armat. Jekk ma jitnehhewx jew ma jigux newtralizzati, dawn il-mini isiru theddida mkarkra ghal bosta snin.
Wara li organizzazzjonijiet ghal socjetà civili gibdulhom l-attenzjoni, 122 pajjiz iffirmaw il-Konvenzjoni ta' Ottawa fuq il-Projbizzjoni tal-Mini Antipersuna f'Dicembru 1997. Minn dakinhar, inqerdu hazniet ta' iktar minn 30 miljun mina mill-isati li ffirmaw il-Konvenzjoni. Anki jekk iktar minn 110 pajjizi m'ghadhomx juzaw il-mini antipersuna, ghad fadal hafna xi jsir. Madwar 65 pajjiz xorta wahda ghadhom jiffaccjaw il-presenza ta' mini f'pajjizhom. Kull sena, in-numru stmat ta' vittmi godda tal-mini ta' l-art ivarja bejn 15,000 u 20,000 persuna, li hafna minnhom huma pajzana, u fosthom anke tfal. Il-mini ma jikkawzawx biss it-telf ta' hajja umana u mutilazzjoni atroci izda jxekklu r-rigenerazzjoni ekonomika u socjali ta' pajjizi fejn kien hemm konflitti u gwerer civili.

Bagit ta' 140 miljun ewro

Il-legislazzjoni li fuqha qablu l-Kunsill u l-Parlament, skond proposta mill-Kummissjoni, tinkludi diversi ghanijiet fondamentali. L-ewwelnett, il-holqien ta' fondi specifici ta' l-UE u strument legali sabiex jigi zgurat li l-izjed rizorsi possibbli jigu destinati ghal operazzjonijiet tat-tnehhija tal-mini, ghajnuna lill-vittmi, edukazzjoni u ghar-ricerka ta' ghodda iktar effettivi. bagit ta' 140 miljun ewro gew destinati ghal glieda kontra l-mini antipersuna ghall-perjodu 2002-2009. Dan il-finanzjament specifiku jizgura li l-politika ta' l-UE tkun wahda kontinwa u minghajr il-htiega ta' negozjati godda dwar il-fondi kull sena. Il-glieda kontra l-mini antipersuna, minhabba d-dimensjoni dinjija taghha u l-gravità tal-problema, titlob proceduri decizjonali adegwati: proceduri effikaci, flessibbli u, fejn hemm bzonn, mghaggla. Mizuri ohra komplimentari gew addottati, u l-finanzjament totali ddedikat mill-UE ghal din il-glieda hu ta' madwar 240 miljun ewro.
It-tieni ghan huwa li jitwiegbu l-htigijiet urgenti umanitarji billi jigu evitati l-mutilazzjoni u t-telf ta' hajja, u li tigi pprovduta ghajnuna ghar rijabilitazzjoni tal-vittmi. Minkejja dan, il-mini antipersuna u munizzjon iehor mhux splodut huma ostaklu strutturali ghal bidu mill-gdid ta' attività ekonomika u socjali normali. Minhabba f'hekk hemm bzonn ta' impenn fit-tul li l-ghajnuna umanitarja ta' emergenza u r-rikostruzzjoni ma jistghux jipprovdu.

L-istrategija ta' l-UE hi li tinghata prijorità lit-tahrig bl-intenzjoni li l-kapacitajiet lokali fil-pajjizi milquta jigu msahha. Dan l-approcc kien hemm qbil fuqhu min-naha tal-Parlament, li sahaq fuq l-istrategija civili li l-uzu taghha issa infirex fil-komunità internazzjonali. Il-Membri tal-PE jemmnu li t-tahrig ta' persuni specjalizzati ghandu jippermetti lill-popolazzjoni lokali li, minn banda, issegwi politika ta' prevenzjoni, u mill-ohra, tibbenefika mill-istrutturi internazzjonali li digà jezistu.

Mizuri konkreti

L-operazzjonijiet finanzjati skond ir-regolament Komunitarju jinkludu firxa shiha ta' mizuri bhal l-edukazzjoni dwar il-mini, it-tahrig ta' persuni specjalizzati, l-identifikazzjoni u d-demarkazzjoni taz-zoni suspettati, il-lokalizzazzjoni u t-tnehhija tal-mini, u d-distruzzjoni tal-mini ma' l-art, id-distruzzjoni tal-hazniet, l-ghajnuna, ir-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-gdid tal-vittmi tal-mini, u fl-ahharnett, l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni.

L-UE tipprovdi wkoll appogg finanzjarju lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u agenziji b'kompetenzi specjalizzati. Fl-ahharnett, il-bagit jipprovdi ghal finanzjament ta' taghmir adegwat ghat-tnehhija tal-mini ghall-pajjizi milquta, li jista' jvarja hafna skond it-tip ta' art li fiha tpoggew il-mini.

Iktar recentement, fir-Rizoluzzjoni tat-22 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew ghal darb'ohra stieden lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifkaw il-Konvenzjoni ta' Ottawa. B'mod partikolari, heggeg lill-Istati Uniti biex jergghu jikkunsidraw id-dikjarazzjoni taghhom li ma kinux se jiffirmaw il-Konvenzjoni. Il-Parlament b'hekk jispera li dawk ikkoncernati, inkluz dawk li m'humiex Stati, jimpenjaw ruhhom biex jistabbilixxu projbizzjoni totali ghall-mini antipersuna.



  
Rapporteurs:
  
Il-glieda kontra l-mini ta' l-art antipersuna fil-pajjizi li qed jizviluppaw: Emma Bonino (IND, I)
Il-glieda kontra l-mini ta' l-art antipersuna fil-pajjizi terzi apparti l-pajjizi li qed jizviluppaw: Emma Bonino (IND, I)
Rizoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Konferenza ghar-revizjoni tat-Trattat ta' Ottawa fuq il-mini ta' l-art antipersuna
Il-Konvenzjoni ta' Ottawa
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Il-glieda kontra l-mini ta' l-art antipersuna fil-pajjizi li qed jizviluppaw
Il-glieda kontra l-mini ta' l-art antipersuna fil-pajjizi terzi apparti l-pajjizi li qed jizviluppaw

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004