Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiża
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerċ barrani
Il-kooperazzjoni ta’ żvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Għajnuna għall-iżvilupp: prijorità ta' l-UE

Fil-preżent l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri ta' għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja fid-dinja. L-għan prinċipali tal-politika dwar l-għajnuna għall-iżvilupp hu li jitnaqqas il-faqar. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-MPE jagħmlu enfasi fuq l-iżvilupp ta' sistemi edukativi u tas-saħħa. Fattur importanti ferm ta' din il-politika ta' żvilupp f'dan it-term parlamentari kien id-diċentralizzazzjoni. L-iskop tad-diċentralizzazzjoni hu li jfassal miżuri megħjuna mill-UE iktar mill-qrib każijiet lokali u l-bżonnijiet tan-nies. Bis-segħtat leġislattivi u tal-baġit tiegħu, l-Parlament Ewropew għandu rwol importanti f'din il-politika.

Madwar 800 miljun persuna, li minnhom 200 miljun huma tfal, ibatu minn malnutrizzjoni kronika u 20% tal-popolazzjoni dinjija tgħix b'inqas minn Dollaru Amerikan kuljum. Dawn in-nies kważi kollha jgħixu f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. F'dawn l-istess pajjiżi nsibu wkoll 90% tan-nies li għandhom il-marda ta' l-AIDS. F'dawn l-aħħar 40 sena, l-UE adottat attitudni proattiva biex tneħħi l-inugwaljanzi bejn it-tramuntana u n-nofsinhar. Mill-1960 l-quddiem, il-Komunità Ekonomika Ewropea ikkonkludiet ftehim ma numru ta' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, dan qabel il-politika dwar il-koperazzjoni ta' l-iżvilupp, li minħabba t-Trattat ta' Maastricht, saret politika separata fl-1992. Il-Komunità trid tikkunsidra l-għanijiet tal-politika ta' l-iżvilupp fl-oqsma tal-politika l-oħra kollha u tikkordina l-miżuri tagħha ma dawk ta' l-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Aktar diċentralizzazzjoni u diversifikazzjoni

L-approċċ fir-rigward tal-politika ta' l-iżvilupp qiegħed dejjem jinbidel biex ikun aktar mill-qrib ta' ċirkustanzi lokali u l-bżonnijiet ta' min ser jirċievi l-għajnuna. Issa qegħdin isiru sforzi sabiex jinkludi s-soċjeta ċivili f'ħidma ta' żvilupp, kemm fil-pajjiżi kkonċernati u kif ukoll fl-UE. B'hekk awtoritajiet pubbliċi, awtoritajiet professjonali, trade unions, skejjel, istituzzjonijiet kulturali, knejjes u organizzazzjonijiet tal-popli indigeni, jistgħu kollha jirċievu għajnuna diretta mill-Komunità.

Il-Parlament Ewropew insista li l-organiżazzjonijiet li ser jibbenefikaw mid-diċentralizzazzjoni għandhom jinkludu organizzazzjonijiet soċjali li jiġġieldu għad-demokrazzija u d-drittijiet umani, partikolarment d-drittijiet soċjali. Il-Parlament jemmen li organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) jridu jiġu kkonsultati mill-Kummissjoni meta din tkun qiegħda tfassal strateġiji għall-iżvilupp. L-għajnuna lill-NGOs u r-rispett tad-drittijiet umani kienu fost il-prijoritajiet baġitarji mressqa mill-Parlament lill-Kunsill tal-Ministri sena wara sena. L-ideja hi li l-iżvilupp ma' jiqbax qasam tal-politika ggvernat esklussivament minn relazzjonijiet inter-governattivi.

Barra minn hekk il-pajjiżi li jagħtu l-għajnuna mhux dejjem ma jkunu jridu xejn lura tal-ġenerosità tagħhom. Ħafna mill-għajnuna għall-iżvilupp li hi pprovduta mill-gvernijiet tintuża biex jinxtraw prodotti u servizzi mill-pajjiżi li jagħtu l-għajnuna, u għalhekk magħrufa bħala "għajnuna marbuta". "Tħoll" din l-għajnuna tfisser tneħħi r-rabta ftit jew wisq diretta bejn l-għoti ta' għajnuna u l-iffirmar ta' kuntratti. Il-Parlament talab li jinħall kompletament l-għoti ta' għajnuna fi żmien ħames snin.

Tingħata prijorità lis-Saħħa u l-Edukazzjoni

Fost il-ħafna temi ttratati mill-Parlament matul dan it-term parlamentari, kien hemm emfasi partikolari dwar is-saħħa u l-edukazzjoni. Il-ġlieda kontra l-mard li ta' spiss ikun ikkawżat mill-faqar - l-AIDS, it-tuberkolosi u l-malarja - hi tema urġenti mad-dinja kollha. L-effetti devastanti ta' l-AIDS qegħdin ifixklu x-xogħol li sar matul dawn l-aħħar snin mill-Politika ta' l-Iżvilupp. Il-Parlament għalhekk appoġġa l-kreazzjoni ta' fondi globali kontra dan il-mard u żied, b'mod sostanzjali, l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal dan il-fond. L-MPE ta' spiss kienu jsostnu li aċċess aħjar għall-informazzjoni u kura jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u l- l-AIDS.
L-MPE huma ta' l-opinjoni li l-faqar jista' jiġi mnaqqas biss jekk numru akbar ta' persuni jkollhom aċċess għal sistemi tas-saħħa u edukazzjoni adekwati. Il-Parlament regolarment issemmi l-importanza ta' edukazzjoni bażika u talab għal sforzi kbar ħafna sabiex jintlaħaq l-għan tal-Millenium Development, cioe l-għan ta' edukazzjoni primarja għal kulħadd sa l-2015. Fil-preżent hemm 113 miljun tifel u tifla li ma jmorrux l-iskola. Il-parti l-kbira minn dawn huma bniet. Tabilħaqq 860 miljun persuna fil-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw huma illiterati. Il-Parlament jixtieq jalloka madwar 8% tal-baġit għall-iżvilupp imressaq mill-Kummissjoni għall-edukazzjoni, minflok l-4% kif kienu ġew allokati fl-2001. Dan jinkludu kampanji ta' edukazzjoni għall-adulti, partikolarment dawk immirati għan-nisa.

Għajnuna umanitarja: eżempju tajjeb ta' azzjoni esterna ta' l-UE?

L-ECHO, l-Uffiċju għall-Għajnuna Umanitarja tal-Komunità, li kien imwaqqaf fl-1992, sar l-akbar sors ta' għajnuna umanitarja fid-dinja b'infiq ta' iktar minn EUR 600 miljun fl-2003. Dan il-korp tal-kummissjoni kien imwaqqaf grazzi għall-Parlament Ewropew. L-ECHO tistudja l-bżonnijiet ta' għajnuna umanitarja u tiffinanzja organizzazzjonijiet sħab li jaħdmu flimkien magħha f'dan il-qasam. Fir-rwol tiegħu bħala fergħa ta' l-Awtorità Baġitarja ta' l-UE, il-Parlament Ewropew isemmi kull sena l-bżonn li jiżdiedu l-livelli ta' fondi li jingħataw. B'hekk permezz tar-riżoluzzjonijiet dwar ix-xogħol li jagħmel l-ECHO, l-Parlament joħloq ċerta pressjoni fuq il-prijoritajiet ta' dan l-istess uffiċju u jenfasizza l-prinċipju tan-newtralità ta' l-għajnuna umanitarja.

Ħaġa oħra li kienet qed tinkwieta lill-Parlament kienet li l-attivitajiet ta' l-ECHO m'għandhomx profil għoli. Il-parti l-kbira ta' l-ikel imqassam lit-tfal fl-Afrika u f'postijiet oħra mill-NGOs jew mill-Ġnus Magħquda hu l-biċċa l-kbira tiegħu mħallas minn fondi tal-Komunità u b'hekk iffinanzjat miċ-ċittadini Ewropej, li ta' spiss ma jkunx konxji ta' dan il-fatt.

EUROMED: Partnership bejn l-Ewropa u l-pajjiżi tal-Mediterran

Il-proċess ta' Barċellona kien inawgurat fl-aħħar ta' l-1995 mill-Unjoni Ewropea u tnax-il pajjiż mill-Mediterran: l-Alġerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Israel, il-Ġordan, il-Lebanon, Malta, il-Marokk, it-Territorji tal-Palestina, s-Sirja, t-Tuneżija u t-Turkija. Tnejn minnhom, Malta u Ċipru, saru membri ta' l-UE fl-1 ta' Mejju 2004 u t-Turkija hi kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, fl-aħħar ta' Frar 2004, il-Libja ħabbret li kienet lesta tissieħeb fil-proċess ta' Barċelona. L-għan ta' dan il-partnership huwa li jippromwovi d-djalogu fuq livell politiku u żvilupp ekonomiku biex jiżgura l-paċi u l-prosperità fir-reġjun. Bħal Ftehim ta' Cotonou mall-pajjiżi ta' l-ACP (ara n-nota tagħna dwar "l-UE u l-ACP"), il-partnership bejn l-Ewropa u l-Mediterran jenfasizza r-rwol tas-soċjetà ċivili. Għandha tiġi stabbilità żona ta' kummerċ ħieles bejn l-isħab soċjali. Bħalissa l-partnership qiegħed jieħu forma aktar konkreta b'serje ta' trattati bejn l-UE u l-varji stati Mediterranji. Il-programm MEDA hu l-istrument finanzjarju kkreat sabiex jassisti l-iżvilupp ekonomiku ta' l-istati msieħba. Il-baġit tiegħu mis-sena 2000 sas-sena 2006 jammonta għal EUR 5.35 biljun, ammont li ma jinkludix self ieħor li jista jingħata mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

Il-partnership tal-Euromed jeffetwa l-Parlament minn naħa istituzzjonali wkoll. Membri Parlamentari mill-Istati Membri kollha, l-pajjiżi tal-Mediterran u l-Parlament Ewropew kienu jiltaqgħu f'Forum Parlamentari. Fil-Konferenza tal-Ministri f'Napli f'Diċembru 2003, kien deċiż li l-forum għandu jkun transformat f'Assemblea Parlamentarja Ewro-Mediterranja (EMPA) aktar sustanzjali, li l-ewwel sessjoni tagħha saret fit-22 u t-23 ta' Marzu 2004. Din il-bidla għanda tirriżulta f'aktar kontribuzzjonijiet mill-240 MEP (li minnhom 45 huma MP), li ser ikollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom regolarment fuq temi relatati mal-partnership Ewro-Mediterranju.



  
Rapporteurs:
  
Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, estensjoni sal-31.12.2003: Maria Carrilho (PES, P)
Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, 2004-2006: Jürgen Zimmerling (EPP-ED, D)
Politika ghall-Izvilupp: Is-sehem ta' entitajiet mhux governattivi: Richard Howitt (PES, UK)
Politika ghall-Izvilupp: L-ghajnuna mhux marbuta: Fernando Fernández Martín (EPP-ED, E)
Koperazzjoni ghall-Izvilupp: Demokrazija, d-dritt tal-ligi, drittijiet umani: Fernando Fernández Martín (EPP-ED, E)
Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, mard relatat mal-faqar: Il-glieda kontra l-HIV/AIDS, malarja, u t-tuberkolosi: Anders Wijkman (EPP-ED, S)
Is-sahha fil-pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw: drittijiet sesswali u riproduttivi: Ulla Margrethe Sandbæk (EDD, DK)
Edukazzjoni bazika fil-pajjizi li ghadhom qeghdin: Is-sessjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tat-tfal f'Settembru 2001: Glenys Kinnock (PES, UK)
Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, edukazzjoni u tahrig: ghanijiet u prioritajiet ghat-tnaqqis tal-faqar: Margrietus van den Berg (PES, NL)
Ghajnuna umanitarja: rendikont u l-attivitajiet futuri tal-Komunità : Renzo Imbeni (PES, I)
Ghajnuna umanitarja u l-ECHO. Rapporti annwali 2000 u 2001: Marie-Arlette Carlotti (PES, F)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, estensjoni sal-31.12.2003
Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, 2004-2006
Politika ghall-Izvilupp: Is-sehem ta' entitajiet mhux governattivi - test adottat mill-Parlament
Politika ghall-Izvilupp: L-ghajnuna mhux marbuta - test adottat mill-Parlament
Koperazzjoni ghall-Izvilupp: Demokrazija, d-dritt tal-ligi, drittijiet umani - test adottat mill-Parlament
Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, mard relatat mal-faqar: Il-glieda kontra l-HIV/AIDS, malarja, u t-tuberkolosi
Is-sahha fil-pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw: drittijiet sesswali u riproduttivi
Edukazzjoni bazika fil-pajjizi li ghadhom qeghdin: Is-sessjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tat-tfal f'Settembru 2001 - test adottat mill-Parlament
Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, edukazzjoni u tahrig: ghanijiet u prioritajiet ghat-tnaqqis tal-faqar - test adottat mill-Parlament
Ghajnuna umanitarja: rendikont u l-attivitajiet futuri tal-Komunità - test adottat mill-Parlament
Ghajnuna umanitarja u l-ECHO. Rapporti annwali 2000 u 2001 - test adottat mill-Parlament
Rizoluzzjoni fuq il-EUROMED - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004