Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiża
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerċ barrani
Il-kooperazzjoni ta’ żvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Il-pajjiżi AKP: partnership ekwilibrat

Meta l-KEE twaqqfet, fl-1958, diversi Stati Membri tagħha kienu għadhom qawwiet kolonjali. Wara d-dekolonizzazzjoni, l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-Affrika kienu baqgħu jħallsu t-tribut tar-relazzjonijiet ekonomiċi privileġġjati tagħhom ma’ l-Ewropa. Huma dawn ir-relazzjonijiet li ġew inkwadrati minn ftehim wara l-ieħor, uniċi fl-għamla tagħhom, mal-pajjiżi ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP). Din ir-relazzjoni għaddiet għal ‘partnership’ ta’ vera fil-ftehim ta’ Cotonou, iffirmat fis-sena 2000. Għall-Parlament Ewropew, in-novità essenzjali ta’ Cotonou qiegħda fil-ħolqien ta’ istituzzjoni ta’ vera konġunta u egalitarja: l-Assemblée parlementaire paritaire.

Ħmistax-il Stat membru, u dalwaqt ħamsa u għoxrin, min-naħa Ewropea. Sebgħa u sebgħin Stat min-naħa ta’ l-AKP. Ir-relazzjonijiet l-iktar antiki ta’ l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, ikkonfermati mill-ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé fl-1964, imbagħad mill-konvenzjonijiet ta’ Lomé, huma minn issa ‘l quddiem immexxija mill-ftehim ta’ Cotonou, iffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000 fil-Benin. Ikkonfermat, bħal kull ftehim ta’ assoċjazzjoni, mill-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew, il-ftehim ta’ Cotonou daħal fis-seħħ uffiċjalment nhar l-1 ta’ April 2003. Għall-kuntrarju tal-konvenzjonijiet preċedenti, li jkun sar ftehim fuqhom għal 5 jew 10 snin, Cotonou jimmira għal tul ta’ żmien: huwa miftiehem għal 20 sena. Jimmodifika b’mod notevoli l-politika ta’ kooperazzjoni u jistituzzjonalizza r-relazzjonijiet parlamentari fil-kuntest ta’ "Assemblée parlementaire paritaire" (APP) ta’ vera.

Djalogu politiku regolari

Din l-Assemblea, unika fid-dinja, għamlet is-sitt laqgħa tagħha f’Ruma, f’Ottubru 2003. Hija magħmula minn delegat għal kull pajjiż AKP u minn numru ekwivalenti ta’ membri tal-Parlament Ewropew. Waqt l-aħħar sessjonijiet, id-deputati Ewropej setgħu jikkonstataw b’sodisfazzjon il-parteċipazzjoni dejjem tikber tar-rappreżentanti AKP. Qabel, il-partit AKP kien irrappreżentat fil-maġġoranza tiegħu minn membri ta’ gvernijiet jew minn ambaxxaturi. Din il-bidla ssaħħaħ id-djalogu parlamentari bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Imma dan il-proċess ma jkunx dejjem mingħajr kunflitti. F’Novembru ta’ l-2002, il-ħames sessjoni plenarja, li kellha tinżamm fi Brussel, ġiet annullata mill-Parlament Ewropew wara n-nominazzjoni miż-Żimbabwe ta’ żewġ delegati li ma kellhomx permess għal dħul fl-Unjoni minħabba sanzjonijiet diplomatiċi inflitti lir-reġim ta’ Mugabe.
Minbarra l-istrateġiji ta’ żvilupp u l-ġlieda kontra l-faqar, id-djalogu politiku huwa fil-qalba tal-ftehim ta’ Cotonou. Huwa hemmhekk li l-Assemblea tista’ tilgħab rwol importanti. Għad-deputati, il-vokazzjoni essenzjali tagħha għandha tkun il-promozzjoni tal-proċessi demokratiċi. Dan jista’ jsir b’mod konkret permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet konġunti ta’ inkjesta, bħal fil-Kosta ta’ l-Avorju, jew ta’ l-osservazzjoni ta’ l-elezzjonijiet, bħal fil-Kenja. Barra minn hekk, huwa previst li l-Assemblea tisma’ b’mod regolari lir-rappreżentanti tas-soċjeta’ ċivili. Jekk l-organizzazzjoni istituzzjonali ta’ l-Assemblea tjiebet, bil-ħolqien ta’ tliet kummissjonijiet permanenti li jippreparaw is-sessjonijiet plenarji, hija ma għandhiex l-istrumenti neċessarji kollha biex l-influwenza tagħha tinħass b’mod sħiħ. Ma għandhiex, per eżempju, kontroll fuq il-baġit u kontroll politiku tal-finanzjament tal-kooperazzjoni.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew qiegħed madankollu jevolvi. Sa issa, l-istrument tal-finanzjament tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi AKP, il-“Fond Ewropew għall-iżvilupp”, jaħrab il-proċeduri normali tal-baġit u allura l-poteri tal-PE li ilu jitlob għal żmien twil il-baġitizzazzjoni tiegħu. Din it-talba nstemgħet mill-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa u tista’ fl-aħħar issir konkreta fit-Trattat kostituzzjonali. Id-deputati jkunu jistgħu allura jaġixxu direttament fuq il-finanzjament tal-kooperazzjoni, jassiguraw kontroll demokratiku tiegħu u joqogħdu attenti li dawn il-flus mogħtija ma jintefqux fuq prijoritajiet komunitarji oħra.

Il-qerda tal-faqar

Bil-kontra tal-konvenzjonijiet preċedenti, il-ftehim ta’ partnership jimmira għal kamp ta’ azzjoni iktar vast minn dak ta’ l-iżvilupp tradizzjonali. Isaħħaħ id-dimensjoni istituzzjonali u politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi AKP f’oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u t-tmexxija tajba ta’ l-affarijiet pubbliċi. Suġġetti oħra bħall-emigrazzjonijiet u l-immigrazzjonijiet, il-prevenzjoni ta’ konflitti jew il-konsolidazzjoni tal-paċi ġew integrati b’mod espliċitu fil-ftehim il-ġdid.

L-għan prijoritarju jibqa’ l-qerda tal-faqar, imma mhux iżjed biss permezz ta’ għajnuniet finanzjarji. Imma wkoll bil-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw fl-ekonomija dinjija, biex isegwu għanijiet ta’ tkabbir u ta’ żvilupp li jdum, biex itejbu l-aċċess tagħhom għar-riżorsi produttivi. L-Istati AKP huma wkoll inkoraġġuti jipprattikaw integrazzjoni reġjonali u sotto-reġjonali iktar sostenuta u li kapaċi tattira l-investiment privat.

Il-ftehim ta’ Cotonou jistipula li l-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali tagħna ma’ l-AKP trid issir “b’rispett ta’ l-għażliet politiċi tagħhom u tal-prijoritajiet ta’ żvilupp tagħhom”, u b’konformita’ mar-regoli ta’ l-Organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ. Fil-Konvenzjoni ta’ Lomé, il-kooperazzjoni kummerċjali kienet ibbażata essenzjalment fuq tariffi preferenzjali mhux reċiproċi li kienu jippermettu d-dħul mingħajr drittijiet ta’ dwana għall-biċċa l-kbira tal-prodotti AKP fuq is-suq tal-Komunita’. Minn issa ‘l quddiem, l-Unjoni u l-Istati AKP iridu jipprattikaw il-liberalizzazzjoni ta’ kummerċ bejn il-partijiet. Il-ftehim ġdid kummerċjali, innegozjat mis-sena 2002 ‘il quddiem, għandu jidħol fis-seħħ qabel l-2008, l-iżjed tard. Reġim ta’ kummerċ ħieles reċiproku ta’ merkanziji u ta’ servizzi se jkun allura mwettaq b’mod progressiv, bi grad ta’ asimetrija varjabbli skond il-livell ta’ żvilupp ta’ l-Istati differenti AKP.

Għal kummerċ ħieles “akkumpanjat”

F’dawn in-negozjati, ir-rwol tal-Parlament huwa limitat. Mhuwiex ikkonsultat ħlief għal opinjoni waqt in-negozjati jew il-konklużjoni ta’ ftehim kummerċjali. Jista’ madankollu jesprimi l-veduti tiegħu f’riżoluzzjonijiet u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fuq ċerti aspetti. B’hekk, waqt il-ftuħ ta’ l-ewwel fażi tan-negozjati tal-ftehim ta’ partnership ekonomiku, il-Parlament wera biċ-ċar li l-ftuħ tas-swieq mhiex soluzzjoni fiha nfisha. Skond id-deputati, dan il-ftuħ irid ikun akkumpanjat minn għajnuna biex jitjiebu l-infrastrutturi produttivi u kummerċjali tal-pajjiżi AKP, biex jitkabbar il-kontenut tekonoloġiku ta’ l-esportazzjonijiet tagħhom u l-livell ta’ edukazzjoni u ta’ riċerka tagħhom. It-trasferimenti tat-teknoloġija jridu jimxu pass pass mat-trattib tal-kundizzjonijiet ta’ l-għoti tal-liċenzji tal-manifattura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan huwa partikolarment importanti għall-mediċini. Id-deputati kienu mħassba bl-istess mod fuq l-inklużjoni tal-kummerċ tas-servizzi fin-negozjati. Huma jikkalkulaw li din il-kwistjoni trid tkun eżaminata bi prudenza u jitolbu li s-swieq pubbliċi jkunu esklużi min-negozjati.



  
Relaturi:
  
Ftehim ta’ shubija ma’ l-Istati ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku: Didier Rod (Greens/EFA, F)
Negozjati ta’ ftehim ta’ shubija ekonomika mar-regjuni u mal-pajjizi ta’ l-AKP: Yasmine Boudjenah (GUE/NGL, F)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2000 : Miguel Angel Martínez Martínez (PES, E)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2001 : Marie-Arlette Carlotti (PES, F)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2002 : Joaquim Miranda (GUE/NGL, P)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2003 : Colette Flesch (ELDR, L)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Ftehim ta’ shubija ma’ l-Istati ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku
Negozjati ta’ ftehim ta’ shubija ekonomika mar-regjuni u mal-pajjizi ta’ l-AKP - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2000 - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2001
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2002 - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2003 - il-procedura ghadha ghaddejja

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004