Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiża
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerċ barrani
Il-kooperazzjoni ta’ żvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun trasparenti.

Kullimkien kulħadd għandu x’jaqsam mall-kummerċ barrani. Mingħajr kummerċ ma jkunx hemm banana fi Vjenna, jew mediċini Ewropej fi New York. Iżda t-tema hija waħda kumplessa. Negozjati dwar tariffi u kwoti jidhru burakratiċi. Ħafna jaraw l- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) bħala Kolossu li l-għemil tiegħu ma jistgħax jiġi nfluwenzat minn barra. Il-laqgħat ta’ protesta għall-globalizzazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ huma bosta. Il-Membri Ewropej bħala rappreżentanti taċ-ċittadini qegħdin jiġġieldu għal aktar trasparenza fin-negozjati ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Wieħed minn ħamsa (1/5) mill-importazzjoni u esportazzjoni li jaqgħu fil-kont ta’ l-Unjoni Ewropea taħt “Kummerċ Dinji” huma daqstant importanti għall -Unjoni Ewropea. Iżda għal ħafna jibqa’ oskur il-mod ta’ kif taħdem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Minflok jiċċirkolaw ħafna slogans. Wieħed ma jistgħaġibx b’dan għax l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija kkonċernata f’ħafna temi, u l-konferenzi bejn il-ministri tagħha kważi kollha jsiru fil-magħluq. Għalhekk l-isfiduċja taċ-ċittadin fir-rigward ta’ l-Organizzazzjoni qegħda tikber. Il-kummerċ dinji u l-globalizzazzjoni jnaqqsu r-riskji iżda anke l-opportunitajiet. Dawn sejrin jiġu diskussi fil-futur, f’laqgħa għall-parlamentari ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ta’ l-Istati Membri.

Għal Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ aktar demokratika.

Id-delegati Ewropej qegħdin jesiġu li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tkun aktar miftuħa, b’hekk tissaħħaħ, u tkun aktar leġittima u demokratika fl-Organizzazzjoni parlamentari. Il-Kummissjoni Ewropeja għandha tmexxi dawn in-negozjati għall-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Fuq livell parlamentari, il-Parlament Ewropew ħa l-iniżjattiva li joħloq dimensjoni parlamentari fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Flimkien ma’ l-Unjoni Interparlamentari (IPU) organizza konferenzi parlamentari għall-WTO. Konferenza ta’ dan it-tip saret f’konferenza tal-WTO għall-ministri f’Kankun f’Settembru. Kien hemm 240 delegat minn aktar minn 70 pajjiż. Il-laqgħat damu jumejn u fost l-oħrajn ġew diskussi l-politika għall-agrikoltura, is-servizzi u kif il-pazjenti minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jistgħu jħallsu għall-mediċinali.

Għall-konferenza tal-ministri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li saret fl-aħħar ta’ l-1995 f’Seattle id-delegati saħqu għad-“dimensjoni parlamentari”. Protesti u dimostrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ din il-konferenza urew kemm hija kbira l-isfiduċja fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li għal ħafna ġabet konsegwenzi negattivi fil-globalizzazzjoni. Għall-Membri Parlamentari Ewropej u l-kollegi tagħhom minn pajjiżi oħra, din kienet il-kawża biex isir ftehim ħalli jikkopperaw aktar mill-qrib biex ikunu aktar infurmati dwar l-attivitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Huma jħossu li jekk id-deċiżjonijiet li qegħda tieħu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qegħdin jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini, allura għandu jkun hemm rappreżentant mill-poplu biex jipparteċipa fil-konsultazzjonijiet.

Aktar djalogu

Fl-Unjoni Ewropeja il-kummissjoni tinforma lill-parlament bil-kundizzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u taqsam mad-delegati informazzjoni dwar temi u strateġiji. Il-Parlamentari jgħaddu r-rakkommandazzjonijiet lill-Kumissjoni. Fil-passat, barra li kkonċentrat biex ikun hemm integrazzjoni aħjar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ir-riformi agrarji u s-settur tas-servizzi (bħal fil-każ tal-mediċinali u kif ukoll il-bżonnijiet tal-morda f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jistgħu jintlaħqu). Riċentement il-kummissarju tal-kummerċ Pascal Lamy f’laqgħa mal-Membri Parlamentari rraporta kif id-diskussjonijiet f’Kankun fallew u b’hekk wieħed jistaqsi dwar l-istruttura kurrenti ta l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – speċjalment il-prinċipju li tilħaq deċiżjonijiet b’kunsens.

Iżda dan mhuwiex biżżejjed għall-Membri Parlamentari. Huma jixtiequ li l-funzjoni tad-delegati tkun li jagħtu pariri lill-Istati Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Huwa wkoll importanti l-iskambju ta’ informazzjoni diretta. Bħal fil-każ tad-delegati mill-Mali fil-konferenza f’Kankun, setgħu jgħidu għalfejn il-qoton huwa mportanti għal pajjiżhom. Delegati minn pajjiżi oħra jkunu jistgħu jgħaddu l-opinjoni tagħhom dwar il-politika tal-gvernijiet tagħhom dwar il-qoton madwar il-mejda tan-negozjati.
Minħabba li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-parlamentari ħalla effett pożittiv, il -240 delegat iddeċidew li jiltaqgħu kull sena. Il-Parlament Ewropew diġà għamel stedina għas-sena d-dieħla. Fl-Aġenda għandu jkun hemm diskussjonijiet għal riformi fil-WTO, tema li l-Membri Parlamentari saħqu fuqha f’riżoluzzjoni li ħarget mill-falliment ta’ Kankun.

Wara s-slogans (dimensjoni parlamentari) jinħbew diversi mudelli ta’ kif il-Membri Parlamentari u d-delegati kollegi jixtiequ jistabilixxu d-daqs ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għalkemm fil-preżent hija pjuttost Utopja li tagħmel suġġeriment biex issir laqgħa parlamentari ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għal din il-laqgħa jkun irid isir ftehim bejn l-Istati Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni li bħal issa lanqas ma huma qegħdin jaqblu fin-negozjati tad-Doha. Ir-rappreżentanti tal-poplu jridu jgħinu fix-xogħol ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tkun aktar trasparenti u biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li tieħu l-WTO fil-kunċett taċ-ċittadini li għażluha.

Slogan

(WTO) - L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Organizzazzjoni b’inqas minn 150 Stat Membru għandha r-responsabbilità li tippromovi u li tħares il-kummerċ dinji. Il-WTO ġiet imwaqqfa fl-1995 bħala suċċessur ta’ l-Organizzazzjoni tat-Tariffi Ġenerali (GATT). Din tiltaqgħa f’Ġinevra. Mill-2002 Supachai Panitchpaki tat-Tajlandja inħatar bħala d-direttur ġenerali. Il-konferenza tal-Ministri hija l-ogħla laqgħa li fiha jittieħdu d-deċiżjonijiet. Dawn is-Summits tal-WTO jsiru kull sentejn. Fil-frattemp ikun hemm il-laqgħat ta’ pariri mill-WTO.

Doha. Il-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Doha /Qatar iddeċidew li fl-aħħar ta’ 2001 jiftħu kummerċ ġdid dinji. Dan iservi biex kif ġara fit-tmien seduti preċedenti jilliberalizzaw aktar il-kummerċ dinji. Iżda l-għan ewlieni tad-Doha huwa li jintegraw aktar bil- qawwa dawk il pajjiżi sotto żviluppati biex jgħinuhom jegħlbu l-problema tal-faqar. Għalhekk din ġiet imsejjħa Aġenda ta’ Żvilupp Doha. Waħda mit-temi ewlenin hija l-agrikoltura. Il-ħames laqgħa ministerjali tal-WTO li saret bejn l-10 u l-14 ta’ Settembru 2003 f’Kankun fil-Messiku falliet. Din il-laqgħa kienet importanti fl-istadju ta’ konklużjoni. F’Kankun kellu jitqies: x’intlaħaq f’Doha, x’għad fadal li jintlaħaq? Fil-konferenzi ħarġu differenzi kbar, fin-negozjati dwar l-agrikoltura u l-investiment. Id-diskussjonijiet temmew mingħajr ftehim. Fl-aħħar ta’ l-2004 għandhom jintemmu l-laqgħat tad-Doha.

Unjoni Interparlamentari (IPU) – L-Unjoni Interparlamentari tlaqqa’ parlamenti ta’ stati sovrani minn madwar id-dinja. Din twaqqfet fl-1889 u tiltaqa’ f’Ġinevra. L-għan ewlieni tagħha huwa li jkun hemm skambju ta’ esperjenzi bejn il-parlamenti u d-delegati, biex jingħata kontribut għaż-żamma tal-Paċi u kooperazzjoni internazzjonali. Fil-preżent hemm 138 membru u ħames membri assoċjati fl-IPU. L-Unjoni Ewropeja hija wkoll membru assoċjat.



  
Relaturi:
  
Rawnd tal-Millenju tal-WTO: Konrad Schwaiger (EPP-ED, D)
WTO – agenda inkorporata: Konrad Schwaiger (EPP-ED, D)
Relazzjonijiet kummercjali ma’ certi pajjizi industrijalizzati: Erika Mann (PES, D)
Ftuh u demokrazija fil-kummerc internazzjoanli: Harlem Désir (PES, F)
 X’inhi l-WTO
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Rawnd tal-Millenju tal-WTO – test adottat mill-Parlament
WTO – agenda inkorporata - test adottat mill-Parlament
Relazzjonijiet kummercjali ma’ certi pajjizi industrijalizzati- test adottat mill-Parlament 
Ftuh u demokrazija fil-kummerc internazzjoanli
Ir-Risoluzzjoni ta’ Qabel Kankun - test adottat mill-Parlament
Ir-Risoluzzjoni ta’ Qabel Kankun - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004