Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Prinċipali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet taċ-ċittadini
Il-Ġustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiża
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerċ barrani
Il-kooperazzjoni ta’ żvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Reġjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Soċjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Enerġija / Riċerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE


Id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politika barranija

Jekk hemm ġlieda li l-Parlament Ewropew ilu jiġġieled għal ħafna żmien, din hija dik tad-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni. Illum, grazzi għar-rwol immexxi mid-deputati, id-drittijiet tal-bniedem jinsabu fil-qalba tal-politika barranija ta’ l-Ewropa.

Id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx imorru lura għad-diskussjonijiet kummerċjali waqt il-ħin tal-kafe u lanqas ma għandhom ikunu ristretti għal skambji ta’ opinjonijiet dwar id-differenzi kulturali u storiċi. Dawn huma r-rimarki li sar enfażi fuqhom bi frankezza fl-aħħar rapport adottat mill-Parlament dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2002. Id-deputati spiss jitolbu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex isaħħu l-esiġenzi tagħhom fil-materji tad-djalogu politiku, l-għoti ta’ l-assistenzi jew il-konklużjonijiet ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi.

Politika u mezzi

Għal bosta sekli, id-deputati Ewropej iġġieldu sabiex ipoġġu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tal-politika barranija ta’ l-Unjoni. Dawn it-talbiet ikkonkretizzaw rwieħhom fit-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Maastricht li ħolqu bażi legali meħtieġa għal dan il-għan. Barra minn hekk, huwa l-Parlament li ħoloq il-linja baġitarja li ppermettiet lill-Unjoni tiffinanzja proġetti f’oqsma li jvarjaw minn edukazzjoni ċivika, l-iżvilupp tal-medja indipendenti, il-prevenzjoni tal-vjolenza fir-rigward tan-nisa, il-formazzjoni ta’ servizzi tal-pulizija, ….

Klawsola sistematika

Hija wkoll minħabba l-insistenza tal-Parlament li l-Unjoni stabbilit b’mod sistematiku klawsoli li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehim li hija tikkonkludi ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-klawsoli jikkondizzjonaw it-tħaddim ta’ dawn il-ftehim: fi kliem ieħor, dawn il-ftehim jistgħu jiġu sospiżi jekk pajjiż terz konċernat jikser id-drittijiet tal-bniedem. Din il-politika żviluppat b’mod gradwali fis-snin disgħin, sabiex saret sistematika sa mill-1995. Madwar tletin ftehim konkluż qabel l-1995 u xi għoxrin ftehim stabbilit minn hemm ‘il quddiem jinkludu dispożizzjonijiet bħal dawn.

Madankollu mhuwiex biżżejjed li jiġu mħabbra prinċipji jew esiġenzi. Dawn ikunu għad iridu jiġu applikati. Għad-deputati, ir-rispett effettiv ta’ din il-klawsola jiddependi fuq kollox fuq ir-rieda politika tajba ta’ l-Istati Membri li l-interessi partikolari tagħhom xi kultant jimpedixxu lill-Unjoni milli taġixxi b’effettività. Sabiex titnaqqas din it-tip ta’ “tendenza”, il-Parlament jistma li din il-klawsola għandha tkun akkompanjata b’mekkaniżmu ta’ applikazzjoni ddefinit sewwa, sabiex tinżamm il-pressjoni fuq il-pajjiżi terzi. Il-Parlament jilmenta wkoll li mhuwiex aktar involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jwasslu għal konsultazzjonijiet jew għas-sospensjoni ta’ ftehim bilaterali minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Iżda l-Parlament għandu arma importanti għad-dispożizzjoni tiegħu: il-kunsens li huwa għandu jagħti u li mingħajru dawn il-ftehim bilaterali ma jkunux jistgħu jiġu implimentati. Xi kultant jiġri li, mingħajr ma jirrifjuta l-kunsens tiegħu, il-Parlament itawwal iż-żmien sabiex jagħmel pressjoni fuq pajjiż terz. Fl-1993, bħala eżempju, dan kien il-każ fir-rigward ta’ ftehim mas-Sirja u kollox iwassal sabiex wieħed jemmen li din il-pressjoni kkontribwiet sabiex tkun permessa l-imigrazzjoni ta’ numru kbir ta’ Lhud Sirjani. Dan it-titwil fiż-żmien jista’ jippermetti wkoll li jiġu organizzati seduti fejn ikunu mistednin l-awtoritajiet politiċi tal-pajjiż terz sabiex jiġu nkoraġġiti jiċċaraw u jirrinforzaw il-politika tagħhom fir-rigward tal-materja tad-drittijiet tal-bniedem. Xi kultant, il-PE akkompanja il-kunsens tiegħu b’riżoluzzjoni li tesprimi l-ħtiġiet tiegħu. Dan seħħ taħt din il-leġislatura għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni ma’ l-Eġittu u l-Libanu, kif ukoll ma’ l-Alġerija fejn marret delegazzjoni tal-PE sabiex teżamina s-sitwazzjoni fuq l-art. Fil-każ tal-Pakistan, il-ftehim ġie ffriżat minħabba d-degradazzjoni nnutata għad-drittijet tal-bniedem fil-pajjiż.

Sorveljanza kostanti

Kull sessjoni plenarja ta’ kull xahar tal-PE fi Strasbourg tinkludi dibattiti fuq kwistjonijiet attwali fuq il-każijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u tadotta riżoluzzjonijiet. Id-deputati juru lilhom infushom partikolarment attenti u kritiki fir-rigward tal-libertà ta’ l-espressjoni u ta’ l-istampa, għal li jsiru elezzjonijiet li jkunu tassew demokratiċi jew għal proċessi ġusti. Numru ta’ gvernijiet awtoritarji ġew għalhekk ikkritikati għall-vjolenzi tagħhom jew għall-intimidazzjonijiet imwettqa fir-rigwad tal-forzi ta’ l-oppożizzjoni, u r-reazzjonijiet iebsin tagħhom iwasslu sabiex wieħed jaħseb li l-viġilanza tal-Parlament tikkostitwixxi, hija wkoll, mezz utili ta’ pressjoni morali. Il-pressjonijiet tad-deputati spiss waslu lill-awtoritajiet ta’ ċerti pajjiżi sabiex jeżaminaw mill-ġdid l-attitudini tagħhom fir-rigward ta’ militanti tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ oppożizzjoni politika, bħal fil-każ ta’ Ryad al-Turk en Syrie, de Saad Eddine Ibrahim fl-Eġittu jew ta’ Hamma Hammami fit-Tuneżija.
Kull sena, l-Parlament jirrevedi wkoll l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. Dan ir-rapport annwali, diskuss fil-plenarju u pprovdut b’riżoluzzjoni, jenfasizza s-sitwazzjonijiet mhux aċċettabbli u jisuġġerixxi azzjonijiet speċifiċi sabiex isaħħaħ l-effiċjenza tal-koerenza ta’ l-Unjoni f’dan il-qasam. L-aħħar fost dawn ir-rapporti dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fl-2002 (diskuss f’Settembru 2003) enfasizza b’mod partikolari kif l-intolleranza reliġjuża thedded il-paċi fid-dinja. Ir-rapport dwar is-sena 2001 insista minn naħa tiegħu fuq it-traffikar tal-bnedmin u fuq it-terroriżmu, u r-rapport dwar is-sena 2002 tkellem dwar il-libertà ta’ l-espressjoni u tal-medja.

Impenn konkret

Barra minn dawn id-dibattiti ta’ kull xahar u dawn ir-rapporti annwali, il-Parlament spiss inkorraġġixxa li jintbagħtu missjonijiet ta’ osservazzjoni ta’ l-Unjoni meta jsiru elezzjonijiet f’ċerti pajjiżi terzi u spiss ħa sehem fihom. Membri tal-PE ppresedew missjonijiet bħal dawn. Id-deputati jistmaw iżda li dawn għandhom imorru ‘l hinn minn azzjoni speċifika fiż-żmien ta’ l-elezzjoni u talbu għal ħidma ta’ tkomplija.

F'dawn l-aħħar snin, il-Parlament talab u appoġġja sanzjonijiet (bħalma huma embargi fuq l-armi jew is-sospensjoni ta’ għajnuna tal-Komunità) kontra pajjiżi li jiksru d-drittijiet tal-bniedem b’mod persistenti. Dan kien il-każ għaż-Żimbabwe, Ħaïti, l-Liberja, is-Somalja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Sierra Leone, l-Indonesja jew il-Moldavja. Wara tħassib dwar il-koerenza, fis-sena 2002, il-Parlament irrifjuta d-dħul taż-żewġ delegati miż-Żimbabwe, li kienu s-suġġett ta’ interdett tal-visa, fl-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE li seħħet fil-bini tagħha. Dan wassal sabiex din il-laqgħa tiġi sempliċement annullata.



  
Relaturi:
  
Rapport annwali 1999-2000: Matti Wuori (Greens/EFA, FIN)
Rapport annwali 2001: Johan Van Hecke (ELDR, B)
Rapport annwali 2002: Bob van den Bos (ELDR, NL)
Rapport annwali 1999-2000
Rapport annwali 2001
Rapport annwali 2002
Rapport annwali 1999-2000 (test adottat mill-PE)
Rapport annwali 2001 (test adottat mill-PE)
Rapport annwali 2002 (test adottat mill-PE)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004