| Il-Balkani huma, fl-istess waqt, l-akbar falliment ta' l-Unjoni Ewropea u l-akbar success fil-politika barranija. L-UE ma kienetx kapaci tevita l-gwerra mdemmija li faqqghet fl-1992, jew li ttemmha meta bdiet. Izda dan il-falliment hammar wicc l-UE tant li hadhet azzjoni hafna aktar effettiva ftit tas-snin wara. Meta gwerra civili dehret riesqa fil-Macedonja, fl-2001, u heddhet dizastru mill-gdid fil-Balkani, l-UE indahlet u irnexxielha tirrikoncilja l-gruppi etnici Albanizi u Macedoni billi hadmet favur ftehim kostituzzjonali gdid ghall-pajjiz. Sadanittant, fil-Bosnia Herzegovina u l-Kosovo, sfigurati mill-gwerra, ghadhom isiru sforzi kbar favur l-stabbilità, il-prosperità u r-regola tal-ligi.
Fl-1995, fi tmiem il-gwerra li farrket il-Jugoslavja, il-komunità internazzjonali baghtet forza ghaz-zamma tal-paci immexxija minn-NATO (IFOR, aktar tard l-isem imbidel ghal SFOR) fil-Bosnia u Herzegovìna - dik il-parti tar-regjun l-aktar ikkontestat u kawza ta' glied feroci. Inholqot il-kariga ta' Rapprezentant Gholi, speci ta' gvernatur b'poteri wisghin biex jimmonitorja u jimplimenta l-ftehim ta' paci ghall-Bosnja u Herzegovìna. Ir-rwol tal-UE kien, il-bicca l-kbira, limitat ghall-provvediment ta' ghajnuna umanitarja.
Uzu aktar effettiv ta' ghajnuna mill-UE
Bhala parti mir-revizjoni annwali ta' l-infiq ibbagitjat ta' l-UE, il-Parlament Ewropew kien obbligat li jara kif din l-ghajnuna kienet titmexxa. F'diversi okkazzjonijiet xi MPE emfasizzaw li kienet qeghda tkun ipprovduta bil-mod wisq u kien hemm nuqqas ta' trasparenza u mmonitorjar. Din il-kritika bdiet taghti l-frott wara l-intervent militari tan-NATO fil-Kosovo fl-1999. Gie deciz li l-ghajnuna ghal dan ir-regjun imharbat, li waqa' taht l-amministrazzjni tal-GM wara l-irtirata Serba, tigi immanigjata lokalment u mhux minn Brussel, li huwa tant 'il boghod. Il-Parlament insista li c-centru operattiv ta' l-Agenzija ta' l-UE ghar-Rikostruzzjoni ikun fi Priština u jkollha livell gholi ta' awtonomija. Rizultat ta' dan, l-ghajnuna kienet fornita hafna aktar malajr u b'mod hafna aktar effettiv. B'hekk meta, fix-xitwa tas-sena 2000, il-Bosnia kienet mhedda b'nuqqas kbir ta' zejt li jintuza biex isahhan, l-UE kienet kapaci twassal il-provvisti fil-waqt.
L-Agenzija ghar-Rikostruzzjoni- li, sadanittant, fethet centri operattivi ohra f'Belgrad, Skopje u Podgorica – hija kontabbli lejn il-Parlament kif ukoll lejn il-Kunsill. l-MPE, ghalhekk, setghu jintervjenu meta raw l-affarijiet sejrin zmerc. Meta kiber l-ghadab fost l-Albanizi fil-Macedonja ghall-fatt li d-djar distrutti mill-forzi militari tal-Macedonja, waqt li-glied fil-bidu tas-sena 2001, kienu qeghdin jergghu jinbnew bil-mod wisq, il-Parlament ha passi sabiex dan isir prijorità ewlenija. Insista wkoll li parti adekwata mill-fondi disponibbli tmur ghat-tnehhija tal-mini.
Kien il-bicca l-kbira mertu ta' l-Parlament li, fil-fatt, kien hemm flus bizzejjed ghar-rikostruzzjoni. Meta, fl-1999, kien qieghed jigi deciz il-bagit ta' l-UE ghas-sena ta' wara, l-MPE kellhom bicca xoghol iebsa mal-Kunsill biex jaccertaw li l-500 miljun Euro, li l-Bank Dinji u organizzazzjonjiet internazzjonali ohra qisu mehtiega ghar-rikostruzzjoni tal-Kosovo, jidhlu, fil-fatt, fil-bagit. Il-Kunsill, li kien qabel, originarjament, li 500 miljun kienu mehtiega, pprova jmur lura mill-impenn originali tieghu u, wara, anki pprova jiehu xi ftit mill-flus mill-fondi ghal koperazzjoni fl-izvilupp. Finalment, il-Parlament irnexxilu jara li 200 miljun jittiehdu minn bagit riservat ghal htigijiet urgenti u imprevisti tal-bagit.
Bini ta' rabtiet aktar mill-vicin
Il-Parlament ghen biex jaghti sura lir-relazzjonjiet ta' l-UE mal-Balkani b'modi ohra wkoll. Il-Process ta' Stabilizzazzjoni u Assocjazzjoni, li nbeda formalment f'Novembru tas-sena 2000, joffri l-prospett ta' shubija fl-UE ghall-pajjizi tal-Balkani tal-Punent. Jippermetti l-Unjoni Ewropea li tahdem ma' kull pajjiz sabiex tressqu aktar vicin lejn il-livelli demokratici u ekonomici ta' l-UE. Il-Parlament impona kundizzjonijiet importanti fuq il-pajjizi Balkanici li jixtiequ jkunu inkluzi fil-process ta' Stabilizzazzjoni u Assocjazzjoni – bhal koperazzjoni shiha mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ghall-ex Jugoslavia fl-Aja, garanziji dwar id-dritt tar-rifugjati li jirritornaw f'pajjizhom u impenn shih fil-glieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Bhala parti minn dan il-process, intlahaq ftehim dwar stabilizzazzjoni u assocjazzjoni mal-Macedonja u l-Kroazja. Fi Frar tas-sena 2003, il-Kroazja applikat formalment biex tissieheb fl-UE. Mod aktar informali kif jigu nfluwenzati l-izviluppi fil-Balkani, li rrizulta effettiv hafna, huwa "ix-xibka ta' MP ta' l-Ewropa tax-Xlokk". Permezz ta' din ix-xibka il-MPE jiltaqghu, b'mod regolari, ma' membri parlamentari mill-pajjizi Balkanici fi gruppi relattivament zghar u manigabbli biex jinkoragguhom u jiggwidawhom tul it-triq lejn demokrazija parlamentari u tmexxija demokratika. Ix-xibka hija komposta minn delegazzjonijiet mill-Parlamenti Ewropej u l-parlamenti tal-Albanija, il-Bosnia u Herzegovìna, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, il-Macedonja (FYROM), il-Montenegro u r-Rumanija.
|