Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Human rights


Id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politika barranija

Jekk hemm glieda li l-Parlament Ewropew ilu jiggieled ghal hafna zmien, din hija dik tad-difiza u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kemm gewwa kif ukoll barra l-Unjoni. Illum, grazzi ghar-rwol immexxi mid-deputati, id-drittijiet tal-bniedem jinsabu fil-qalba tal-politika barranija ta’ l-Ewropa.

Id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma ghandhomx imorru lura ghad-diskussjonijiet kummercjali waqt il-hin tal-kafe u lanqas ma ghandhom ikunu ristretti ghal skambji ta’ opinjonijiet dwar id-differenzi kulturali u storici. Dawn huma r-rimarki li sar enfazi fuqhom bi frankezza fl-ahhar rapport adottat mill-Parlament dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2002. Id-deputati spiss jitolbu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex isahhu l-esigenzi taghhom fil-materji tad-djalogu politiku, l-ghoti ta’ l-assistenzi jew il-konkluzjonijiet ta’ ftehim ma’ pajjizi terzi.

Politika u mezzi

Ghal bosta sekli, id-deputati Ewropej iggieldu sabiex ipoggu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tal-politika barranija ta’ l-Unjoni. Dawn it-talbiet ikkonkretizzaw rwiehhom fit-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Maastricht li holqu bazi legali mehtiega ghal dan il-ghan. Barra minn hekk, huwa l-Parlament li holoq il-linja bagitarja li ppermettiet lill-Unjoni tiffinanzja progetti f’oqsma li jvarjaw minn edukazzjoni civika, l-izvilupp tal-medja indipendenti, il-prevenzjoni tal-vjolenza fir-rigward tan-nisa, il-formazzjoni ta’ servizzi tal-pulizija, ….

Klawsola sistematika

Hija wkoll minhabba l-insistenza tal-Parlament li l-Unjoni stabbilit b’mod sistematiku klawsoli li ghandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehim li hija tikkonkludi ma’ pajjizi terzi. Dawn il-klawsoli jikkondizzjonaw it-thaddim ta’ dawn il-ftehim: fi kliem iehor, dawn il-ftehim jistghu jigu sospizi jekk pajjiz terz koncernat jikser id-drittijiet tal-bniedem. Din il-politika zviluppat b’mod gradwali fis-snin disghin, sabiex saret sistematika sa mill-1995. Madwar tletin ftehim konkluz qabel l-1995 u xi ghoxrin ftehim stabbilit minn hemm ‘il quddiem jinkludu dispozizzjonijiet bhal dawn.

Madankollu mhuwiex bizzejjed li jigu mhabbra principji jew esigenzi. Dawn ikunu ghad iridu jigu applikati. Ghad-deputati, ir-rispett effettiv ta’ din il-klawsola jiddependi fuq kollox fuq ir-rieda politika tajba ta’ l-Istati Membri li l-interessi partikolari taghhom xi kultant jimpedixxu lill-Unjoni milli tagixxi b’effettività. Sabiex titnaqqas din it-tip ta’ “tendenza”, il-Parlament jistma li din il-klawsola ghandha tkun akkompanjata b’mekkanizmu ta’ applikazzjoni ddefinit sewwa, sabiex tinzamm il-pressjoni fuq il-pajjizi terzi. Il-Parlament jilmenta wkoll li mhuwiex aktar involut fit-tehid tad-decizjonijiet li jwasslu ghal konsultazzjonijiet jew ghas-sospensjoni ta’ ftehim bilaterali minhabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Izda l-Parlament ghandu arma importanti ghad-dispozizzjoni tieghu: il-kunsens li huwa ghandu jaghti u li minghajru dawn il-ftehim bilaterali ma jkunux jistghu jigu implimentati. Xi kultant jigri li, minghajr ma jirrifjuta l-kunsens tieghu, il-Parlament itawwal iz-zmien sabiex jaghmel pressjoni fuq pajjiz terz. Fl-1993, bhala ezempju, dan kien il-kaz fir-rigward ta’ ftehim mas-Sirja u kollox iwassal sabiex wiehed jemmen li din il-pressjoni kkontribwiet sabiex tkun permessa l-imigrazzjoni ta’ numru kbir ta’ Lhud Sirjani. Dan it-titwil fiz-zmien jista’ jippermetti wkoll li jigu organizzati seduti fejn ikunu mistednin l-awtoritajiet politici tal-pajjiz terz sabiex jigu nkoraggiti jiccaraw u jirrinforzaw il-politika taghhom fir-rigward tal-materja tad-drittijiet tal-bniedem. Xi kultant, il-PE akkompanja il-kunsens tieghu b’rizoluzzjoni li tesprimi l-htigiet tieghu. Dan sehh taht din il-legislatura ghall-ftehim ta’ assocjazzjoni ma’ l-Egittu u l-Libanu, kif ukoll ma’ l-Algerija fejn marret delegazzjoni tal-PE sabiex tezamina s-sitwazzjoni fuq l-art. Fil-kaz tal-Pakistan, il-ftehim gie ffrizat minhabba d-degradazzjoni nnutata ghad-drittijet tal-bniedem fil-pajjiz.

Sorveljanza kostanti

Kull sessjoni plenarja ta’ kull xahar tal-PE fi Strasbourg tinkludi dibattiti fuq kwistjonijiet attwali fuq il-kazijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u tadotta rizoluzzjonijiet. Id-deputati juru lilhom infushom partikolarment attenti u kritiki fir-rigward tal-libertà ta’ l-espressjoni u ta’ l-istampa, ghal li jsiru elezzjonijiet li jkunu tassew demokratici jew ghal processi gusti. Numru ta’ gvernijiet awtoritarji gew ghalhekk ikkritikati ghall-vjolenzi taghhom jew ghall-intimidazzjonijiet imwettqa fir-rigwad tal-forzi ta’ l-oppozizzjoni, u r-reazzjonijiet iebsin taghhom iwasslu sabiex wiehed jahseb li l-vigilanza tal-Parlament tikkostitwixxi, hija wkoll, mezz utili ta’ pressjoni morali. Il-pressjonijiet tad-deputati spiss waslu lill-awtoritajiet ta’ certi pajjizi sabiex jezaminaw mill-gdid l-attitudini taghhom fir-rigward ta’ militanti tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ oppozizzjoni politika, bhal fil-kaz ta’ Ryad al-Turk en Syrie, de Saad Eddine Ibrahim fl-Egittu jew ta’ Hamma Hammami fit-Tunezija.
Kull sena, l-Parlament jirrevedi wkoll l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. Dan ir-rapport annwali, diskuss fil-plenarju u pprovdut b’rizoluzzjoni, jenfasizza s-sitwazzjonijiet mhux accettabbli u jisuggerixxi azzjonijiet specifici sabiex isahhah l-efficjenza tal-koerenza ta’ l-Unjoni f’dan il-qasam. L-ahhar fost dawn ir-rapporti dwar l-istat tad-drittijiet tal-bniedem fl-2002 (diskuss f’Settembru 2003) enfasizza b’mod partikolari kif l-intolleranza religjuza thedded il-paci fid-dinja. Ir-rapport dwar is-sena 2001 insista minn naha tieghu fuq it-traffikar tal-bnedmin u fuq it-terrorizmu, u r-rapport dwar is-sena 2002 tkellem dwar il-libertà ta’ l-espressjoni u tal-medja.

Impenn konkret

Barra minn dawn id-dibattiti ta’ kull xahar u dawn ir-rapporti annwali, il-Parlament spiss inkorraggixxa li jintbaghtu missjonijiet ta’ osservazzjoni ta’ l-Unjoni meta jsiru elezzjonijiet f’certi pajjizi terzi u spiss ha sehem fihom. Membri tal-PE ppresedew missjonijiet bhal dawn. Id-deputati jistmaw izda li dawn ghandhom imorru ‘l hinn minn azzjoni specifika fiz-zmien ta’ l-elezzjoni u talbu ghal hidma ta’ tkomplija.

F'dawn l-ahhar snin, il-Parlament talab u appoggja sanzjonijiet (bhalma huma embargi fuq l-armi jew is-sospensjoni ta’ ghajnuna tal-Komunità) kontra pajjizi li jiksru d-drittijiet tal-bniedem b’mod persistenti. Dan kien il-kaz ghaz-Zimbabwe, Haïti, l-Liberja, is-Somalja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Sierra Leone, l-Indonesja jew il-Moldavja. Wara thassib dwar il-koerenza, fis-sena 2002, il-Parlament irrifjuta d-dhul taz-zewg delegati miz-Zimbabwe, li kienu s-suggett ta’ interdett tal-visa, fl-Assemblea Parlamentari kongunta ACP-UE li sehhet fil-bini taghha. Dan wassal sabiex din il-laqgha tigi semplicement annullata.



  
Relaturi:
  
Rapport annwali 1999-2000: Matti Wuori (Greens/EFA, FIN)
Rapport annwali 2001: Johan Van Hecke (ELDR, B)
Rapport annwali 2002: Bob van den Bos (ELDR, NL)
Rapport annwali 1999-2000
Rapport annwali 2001
Rapport annwali 2002
Rapport annwali 1999-2000 (test adottat mill-PE)
Rapport annwali 2001 (test adottat mill-PE)
Rapport annwali 2002 (test adottat mill-PE)

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004