Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Free Trade and Development


Ghajnuna ghall-izvilupp: prijorità ta' l-UE

Fil-prezent l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri taghha huma l-akbar kontributuri ta' ghajnuna ghall-izvilupp u ghajnuna umanitarja fid-dinja. L-ghan principali tal-politika dwar l-ghajnuna ghall-izvilupp hu li jitnaqqas il-faqar. Biex jintlahaq dan l-ghan, l-MPE jaghmlu enfasi fuq l-izvilupp ta' sistemi edukativi u tas-sahha. Fattur importanti ferm ta' din il-politika ta' zvilupp f'dan it-term parlamentari kien id-dicentralizzazzjoni. L-iskop tad-dicentralizzazzjoni hu li jfassal mizuri meghjuna mill-UE iktar mill-qrib kazijiet lokali u l-bzonnijiet tan-nies. Bis-seghtat legislattivi u tal-bagit tieghu, l-Parlament Ewropew ghandu rwol importanti f'din il-politika.

Madwar 800 miljun persuna, li minnhom 200 miljun huma tfal, ibatu minn malnutrizzjoni kronika u 20% tal-popolazzjoni dinjija tghix b'inqas minn Dollaru Amerikan kuljum. Dawn in-nies kwazi kollha jghixu f'pajjizi li ghadhom qed jizviluppaw. F'dawn l-istess pajjizi nsibu wkoll 90% tan-nies li ghandhom il-marda ta' l-AIDS. F'dawn l-ahhar 40 sena, l-UE adottat attitudni proattiva biex tnehhi l-inugwaljanzi bejn it-tramuntana u n-nofsinhar. Mill-1960 l-quddiem, il-Komunità Ekonomika Ewropea ikkonkludiet ftehim ma numru ta' pajjizi li ghadhom qed jizviluppaw, dan qabel il-politika dwar il-koperazzjoni ta' l-izvilupp, li minhabba t-Trattat ta' Maastricht, saret politika separata fl-1992. Il-Komunità trid tikkunsidra l-ghanijiet tal-politika ta' l-izvilupp fl-oqsma tal-politika l-ohra kollha u tikkordina l-mizuri taghha ma dawk ta' l-Istati Membri, pajjizi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Aktar dicentralizzazzjoni u diversifikazzjoni

L-approcc fir-rigward tal-politika ta' l-izvilupp qieghed dejjem jinbidel biex ikun aktar mill-qrib ta' cirkustanzi lokali u l-bzonnijiet ta' min ser jircievi l-ghajnuna. Issa qeghdin isiru sforzi sabiex jinkludi s-socjeta civili f'hidma ta' zvilupp, kemm fil-pajjizi kkoncernati u kif ukoll fl-UE. B'hekk awtoritajiet pubblici, awtoritajiet professjonali, trade unions, skejjel, istituzzjonijiet kulturali, knejjes u organizzazzjonijiet tal-popli indigeni, jistghu kollha jircievu ghajnuna diretta mill-Komunità.

Il-Parlament Ewropew insista li l-organizazzjonijiet li ser jibbenefikaw mid-dicentralizzazzjoni ghandhom jinkludu organizzazzjonijiet socjali li jiggieldu ghad-demokrazzija u d-drittijiet umani, partikolarment d-drittijiet socjali. Il-Parlament jemmen li organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) jridu jigu kkonsultati mill-Kummissjoni meta din tkun qieghda tfassal strategiji ghall-izvilupp. L-ghajnuna lill-NGOs u r-rispett tad-drittijiet umani kienu fost il-prijoritajiet bagitarji mressqa mill-Parlament lill-Kunsill tal-Ministri sena wara sena. L-ideja hi li l-izvilupp ma' jiqbax qasam tal-politika ggvernat esklussivament minn relazzjonijiet inter-governattivi.

Barra minn hekk il-pajjizi li jaghtu l-ghajnuna mhux dejjem ma jkunu jridu xejn lura tal-generosità taghhom. Hafna mill-ghajnuna ghall-izvilupp li hi pprovduta mill-gvernijiet tintuza biex jinxtraw prodotti u servizzi mill-pajjizi li jaghtu l-ghajnuna, u ghalhekk maghrufa bhala "ghajnuna marbuta". "Tholl" din l-ghajnuna tfisser tnehhi r-rabta ftit jew wisq diretta bejn l-ghoti ta' ghajnuna u l-iffirmar ta' kuntratti. Il-Parlament talab li jinhall kompletament l-ghoti ta' ghajnuna fi zmien hames snin.

Tinghata prijorità lis-Sahha u l-Edukazzjoni

Fost il-hafna temi ttratati mill-Parlament matul dan it-term parlamentari, kien hemm emfasi partikolari dwar is-sahha u l-edukazzjoni. Il-glieda kontra l-mard li ta' spiss ikun ikkawzat mill-faqar - l-AIDS, it-tuberkolosi u l-malarja - hi tema urgenti mad-dinja kollha. L-effetti devastanti ta' l-AIDS qeghdin ifixklu x-xoghol li sar matul dawn l-ahhar snin mill-Politika ta' l-Izvilupp. Il-Parlament ghalhekk appogga l-kreazzjoni ta' fondi globali kontra dan il-mard u zied, b'mod sostanzjali, l-kontribuzzjoni tal-Komunità ghal dan il-fond. L-MPE ta' spiss kienu jsostnu li access ahjar ghall-informazzjoni u kura jghin fil-glieda kontra l-faqar u l- l-AIDS.
L-MPE huma ta' l-opinjoni li l-faqar jista' jigi mnaqqas biss jekk numru akbar ta' persuni jkollhom access ghal sistemi tas-sahha u edukazzjoni adekwati. Il-Parlament regolarment issemmi l-importanza ta' edukazzjoni bazika u talab ghal sforzi kbar hafna sabiex jintlahaq l-ghan tal-Millenium Development, cioe l-ghan ta' edukazzjoni primarja ghal kulhadd sa l-2015. Fil-prezent hemm 113 miljun tifel u tifla li ma jmorrux l-iskola. Il-parti l-kbira minn dawn huma bniet. Tabilhaqq 860 miljun persuna fil-pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw huma illiterati. Il-Parlament jixtieq jalloka madwar 8% tal-bagit ghall-izvilupp imressaq mill-Kummissjoni ghall-edukazzjoni, minflok l-4% kif kienu gew allokati fl-2001. Dan jinkludu kampanji ta' edukazzjoni ghall-adulti, partikolarment dawk immirati ghan-nisa.

Ghajnuna umanitarja: ezempju tajjeb ta' azzjoni esterna ta' l-UE?

L-ECHO, l-Ufficju ghall-Ghajnuna Umanitarja tal-Komunità, li kien imwaqqaf fl-1992, sar l-akbar sors ta' ghajnuna umanitarja fid-dinja b'infiq ta' iktar minn EUR 600 miljun fl-2003. Dan il-korp tal-kummissjoni kien imwaqqaf grazzi ghall-Parlament Ewropew. L-ECHO tistudja l-bzonnijiet ta' ghajnuna umanitarja u tiffinanzja organizzazzjonijiet shab li jahdmu flimkien maghha f'dan il-qasam. Fir-rwol tieghu bhala fergha ta' l-Awtorità Bagitarja ta' l-UE, il-Parlament Ewropew isemmi kull sena l-bzonn li jizdiedu l-livelli ta' fondi li jinghataw. B'hekk permezz tar-rizoluzzjonijiet dwar ix-xoghol li jaghmel l-ECHO, l-Parlament johloq certa pressjoni fuq il-prijoritajiet ta' dan l-istess ufficju u jenfasizza l-principju tan-newtralità ta' l-ghajnuna umanitarja.

Haga ohra li kienet qed tinkwieta lill-Parlament kienet li l-attivitajiet ta' l-ECHO m'ghandhomx profil gholi. Il-parti l-kbira ta' l-ikel imqassam lit-tfal fl-Afrika u f'postijiet ohra mill-NGOs jew mill-Gnus Maghquda hu l-bicca l-kbira tieghu mhallas minn fondi tal-Komunità u b'hekk iffinanzjat mic-cittadini Ewropej, li ta' spiss ma jkunx konxji ta' dan il-fatt.

EUROMED: Partnership bejn l-Ewropa u l-pajjizi tal-Mediterran

Il-process ta' Barcellona kien inawgurat fl-ahhar ta' l-1995 mill-Unjoni Ewropea u tnax-il pajjiz mill-Mediterran: l-Algerija, Cipru, l-Egittu, l-Israel, il-Gordan, il-Lebanon, Malta, il-Marokk, it-Territorji tal-Palestina, s-Sirja, t-Tunezija u t-Turkija. Tnejn minnhom, Malta u Cipru, saru membri ta' l-UE fl-1 ta' Mejju 2004 u t-Turkija hi kandidat ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, fl-ahhar ta' Frar 2004, il-Libja habbret li kienet lesta tissieheb fil-process ta' Barcelona. L-ghan ta' dan il-partnership huwa li jippromwovi d-djalogu fuq livell politiku u zvilupp ekonomiku biex jizgura l-paci u l-prosperità fir-regjun. Bhal Ftehim ta' Cotonou mall-pajjizi ta' l-ACP (ara n-nota taghna dwar "l-UE u l-ACP"), il-partnership bejn l-Ewropa u l-Mediterran jenfasizza r-rwol tas-socjetà civili. Ghandha tigi stabbilità zona ta' kummerc hieles bejn l-ishab socjali. Bhalissa l-partnership qieghed jiehu forma aktar konkreta b'serje ta' trattati bejn l-UE u l-varji stati Mediterranji. Il-programm MEDA hu l-istrument finanzjarju kkreat sabiex jassisti l-izvilupp ekonomiku ta' l-istati msiehba. Il-bagit tieghu mis-sena 2000 sas-sena 2006 jammonta ghal EUR 5.35 biljun, ammont li ma jinkludix self iehor li jista jinghata mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

Il-partnership tal-Euromed jeffetwa l-Parlament minn naha istituzzjonali wkoll. Membri Parlamentari mill-Istati Membri kollha, l-pajjizi tal-Mediterran u l-Parlament Ewropew kienu jiltaqghu f'Forum Parlamentari. Fil-Konferenza tal-Ministri f'Napli f'Dicembru 2003, kien deciz li l-forum ghandu jkun transformat f'Assemblea Parlamentarja Ewro-Mediterranja (EMPA) aktar sustanzjali, li l-ewwel sessjoni taghha saret fit-22 u t-23 ta' Marzu 2004. Din il-bidla ghanda tirrizulta f'aktar kontribuzzjonijiet mill-240 MEP (li minnhom 45 huma MP), li ser ikollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet taghhom regolarment fuq temi relatati mal-partnership Ewro-Mediterranju.



  
Rapporteurs:
  
>  Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, estensjoni sal-31.12.2003: Maria Carrilho (PES, P)
>  Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, 2004-2006: Jürgen Zimmerling (EPP-ED, D)
>  Politika ghall-Izvilupp: Is-sehem ta' entitajiet mhux governattivi: Richard Howitt (PES, UK)
>  Politika ghall-Izvilupp: L-ghajnuna mhux marbuta: Fernando Fernández Martín (EPP-ED, E)
>  Koperazzjoni ghall-Izvilupp: Demokrazija, d-dritt tal-ligi, drittijiet umani: Fernando Fernández Martín (EPP-ED, E)
>  Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, mard relatat mal-faqar: Il-glieda kontra l-HIV/AIDS, malarja, u t-tuberkolosi: Anders Wijkman (EPP-ED, S)
>  Is-sahha fil-pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw: drittijiet sesswali u riproduttivi: Ulla Margrethe Sandbæk (EDD, DK)
>  Edukazzjoni bazika fil-pajjizi li ghadhom qeghdin: Is-sessjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tat-tfal f'Settembru 2001: Glenys Kinnock (PES, UK)
>  Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, edukazzjoni u tahrig: ghanijiet u prioritajiet ghat-tnaqqis tal-faqar: Margrietus van den Berg (PES, NL)
>  Ghajnuna umanitarja: rendikont u l-attivitajiet futuri tal-Komunità : Renzo Imbeni (PES, I)
>  Ghajnuna umanitarja u l-ECHO. Rapporti annwali 2000 u 2001: Marie-Arlette Carlotti (PES, F)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
>  Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, estensjoni sal-31.12.2003
>  Koperazzjoni ghall-izvilupp: koperazzjoni dicentralizzata, 2004-2006
>  Politika ghall-Izvilupp: Is-sehem ta' entitajiet mhux governattivi - test adottat mill-Parlament
>  Politika ghall-Izvilupp: L-ghajnuna mhux marbuta - test adottat mill-Parlament
>  Koperazzjoni ghall-Izvilupp: Demokrazija, d-dritt tal-ligi, drittijiet umani - test adottat mill-Parlament
>  Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, mard relatat mal-faqar: Il-glieda kontra l-HIV/AIDS, malarja, u t-tuberkolosi
>  Is-sahha fil-pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw: drittijiet sesswali u riproduttivi
>  Edukazzjoni bazika fil-pajjizi li ghadhom qeghdin: Is-sessjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tat-tfal f'Settembru 2001 - test adottat mill-Parlament
>  Pajjizi li ghadhom qeghdin jizviluppaw, edukazzjoni u tahrig: ghanijiet u prioritajiet ghat-tnaqqis tal-faqar - test adottat mill-Parlament
>  Ghajnuna umanitarja: rendikont u l-attivitajiet futuri tal-Komunità - test adottat mill-Parlament
>  Ghajnuna umanitarja u l-ECHO. Rapporti annwali 2000 u 2001 - test adottat mill-Parlament
>  Rizoluzzjoni fuq il-EUROMED - test adottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004