Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> Free Trade and Development


Il-pajjizi AKP: partnership ekwilibrat

Meta l-KEE twaqqfet, fl-1958, diversi Stati Membri taghha kienu ghadhom qawwiet kolonjali. Wara d-dekolonizzazzjoni, l-bicca l-kbira tal-pajjizi ta’ l-Affrika kienu baqghu jhallsu t-tribut tar-relazzjonijiet ekonomici privileggjati taghhom ma’ l-Ewropa. Huma dawn ir-relazzjonijiet li gew inkwadrati minn ftehim wara l-iehor, unici fl-ghamla taghhom, mal-pajjizi ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku (AKP). Din ir-relazzjoni ghaddiet ghal ‘partnership’ ta’ vera fil-ftehim ta’ Cotonou, iffirmat fis-sena 2000. Ghall-Parlament Ewropew, in-novità essenzjali ta’ Cotonou qieghda fil-holqien ta’ istituzzjoni ta’ vera kongunta u egalitarja: l-Assemblée parlementaire paritaire.

Hmistax-il Stat membru, u dalwaqt hamsa u ghoxrin, min-naha Ewropea. Sebgha u sebghin Stat min-naha ta’ l-AKP. Ir-relazzjonijiet l-iktar antiki ta’ l-Unjoni ma’ pajjizi terzi, ikkonfermati mill-ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundé fl-1964, imbaghad mill-konvenzjonijiet ta’ Lomé, huma minn issa ‘l quddiem immexxija mill-ftehim ta’ Cotonou, iffirmat fit-23 ta’ Gunju 2000 fil-Benin. Ikkonfermat, bhal kull ftehim ta’ assocjazzjoni, mill-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew, il-ftehim ta’ Cotonou dahal fis-sehh ufficjalment nhar l-1 ta’ April 2003. Ghall-kuntrarju tal-konvenzjonijiet precedenti, li jkun sar ftehim fuqhom ghal 5 jew 10 snin, Cotonou jimmira ghal tul ta’ zmien: huwa miftiehem ghal 20 sena. Jimmodifika b’mod notevoli l-politika ta’ kooperazzjoni u jistituzzjonalizza r-relazzjonijiet parlamentari fil-kuntest ta’ "Assemblée parlementaire paritaire" (APP) ta’ vera.

Djalogu politiku regolari

Din l-Assemblea, unika fid-dinja, ghamlet is-sitt laqgha taghha f’Ruma, f’Ottubru 2003. Hija maghmula minn delegat ghal kull pajjiz AKP u minn numru ekwivalenti ta’ membri tal-Parlament Ewropew. Waqt l-ahhar sessjonijiet, id-deputati Ewropej setghu jikkonstataw b’sodisfazzjon il-partecipazzjoni dejjem tikber tar-rapprezentanti AKP. Qabel, il-partit AKP kien irrapprezentat fil-maggoranza tieghu minn membri ta’ gvernijiet jew minn ambaxxaturi. Din il-bidla ssahhah id-djalogu parlamentari bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Imma dan il-process ma jkunx dejjem minghajr kunflitti. F’Novembru ta’ l-2002, il-hames sessjoni plenarja, li kellha tinzamm fi Brussel, giet annullata mill-Parlament Ewropew wara n-nominazzjoni miz-Zimbabwe ta’ zewg delegati li ma kellhomx permess ghal dhul fl-Unjoni minhabba sanzjonijiet diplomatici inflitti lir-regim ta’ Mugabe.
Minbarra l-istrategiji ta’ zvilupp u l-glieda kontra l-faqar, id-djalogu politiku huwa fil-qalba tal-ftehim ta’ Cotonou. Huwa hemmhekk li l-Assemblea tista’ tilghab rwol importanti. Ghad-deputati, il-vokazzjoni essenzjali taghha ghandha tkun il-promozzjoni tal-processi demokratici. Dan jista’ jsir b’mod konkret permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet kongunti ta’ inkjesta, bhal fil-Kosta ta’ l-Avorju, jew ta’ l-osservazzjoni ta’ l-elezzjonijiet, bhal fil-Kenja. Barra minn hekk, huwa previst li l-Assemblea tisma’ b’mod regolari lir-rapprezentanti tas-socjeta’ civili. Jekk l-organizzazzjoni istituzzjonali ta’ l-Assemblea tjiebet, bil-holqien ta’ tliet kummissjonijiet permanenti li jippreparaw is-sessjonijiet plenarji, hija ma ghandhiex l-istrumenti necessarji kollha biex l-influwenza taghha tinhass b’mod shih. Ma ghandhiex, per ezempju, kontroll fuq il-bagit u kontroll politiku tal-finanzjament tal-kooperazzjoni.
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew qieghed madankollu jevolvi. Sa issa, l-istrument tal-finanzjament tal-kooperazzjoni mal-pajjizi AKP, il-“Fond Ewropew ghall-izvilupp”, jahrab il-proceduri normali tal-bagit u allura l-poteri tal-PE li ilu jitlob ghal zmien twil il-bagitizzazzjoni tieghu. Din it-talba nstemghet mill-Konvenzjoni dwar il-futur ta’ l-Ewropa u tista’ fl-ahhar issir konkreta fit-Trattat kostituzzjonali. Id-deputati jkunu jistghu allura jagixxu direttament fuq il-finanzjament tal-kooperazzjoni, jassiguraw kontroll demokratiku tieghu u joqoghdu attenti li dawn il-flus moghtija ma jintefqux fuq prijoritajiet komunitarji ohra.

Il-qerda tal-faqar

Bil-kontra tal-konvenzjonijiet precedenti, il-ftehim ta’ partnership jimmira ghal kamp ta’ azzjoni iktar vast minn dak ta’ l-izvilupp tradizzjonali. Isahhah id-dimensjoni istituzzjonali u politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjizi AKP f’oqsma bhad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u t-tmexxija tajba ta’ l-affarijiet pubblici. Suggetti ohra bhall-emigrazzjonijiet u l-immigrazzjonijiet, il-prevenzjoni ta’ konflitti jew il-konsolidazzjoni tal-paci gew integrati b’mod esplicitu fil-ftehim il-gdid.

L-ghan prijoritarju jibqa’ l-qerda tal-faqar, imma mhux izjed biss permezz ta’ ghajnuniet finanzjarji. Imma wkoll bil-ghajnuna lill-pajjizi li qed jizviluppaw biex jintegraw fl-ekonomija dinjija, biex isegwu ghanijiet ta’ tkabbir u ta’ zvilupp li jdum, biex itejbu l-access taghhom ghar-rizorsi produttivi. L-Istati AKP huma wkoll inkoragguti jipprattikaw integrazzjoni regjonali u sotto-regjonali iktar sostenuta u li kapaci tattira l-investiment privat.

Il-ftehim ta’ Cotonou jistipula li l-kooperazzjoni ekonomika u kummercjali taghna ma’ l-AKP trid issir “b’rispett ta’ l-ghazliet politici taghhom u tal-prijoritajiet ta’ zvilupp taghhom”, u b’konformita’ mar-regoli ta’ l-Organizzazzjoni dinjija tal-kummerc. Fil-Konvenzjoni ta’ Lomé, il-kooperazzjoni kummercjali kienet ibbazata essenzjalment fuq tariffi preferenzjali mhux reciproci li kienu jippermettu d-dhul minghajr drittijiet ta’ dwana ghall-bicca l-kbira tal-prodotti AKP fuq is-suq tal-Komunita’. Minn issa ‘l quddiem, l-Unjoni u l-Istati AKP iridu jipprattikaw il-liberalizzazzjoni ta’ kummerc bejn il-partijiet. Il-ftehim gdid kummercjali, innegozjat mis-sena 2002 ‘il quddiem, ghandu jidhol fis-sehh qabel l-2008, l-izjed tard. Regim ta’ kummerc hieles reciproku ta’ merkanziji u ta’ servizzi se jkun allura mwettaq b’mod progressiv, bi grad ta’ asimetrija varjabbli skond il-livell ta’ zvilupp ta’ l-Istati differenti AKP.

Ghal kummerc hieles “akkumpanjat”

F’dawn in-negozjati, ir-rwol tal-Parlament huwa limitat. Mhuwiex ikkonsultat hlief ghal opinjoni waqt in-negozjati jew il-konkluzjoni ta’ ftehim kummercjali. Jista’ madankollu jesprimi l-veduti tieghu f’rizoluzzjonijiet u jigbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fuq certi aspetti. B’hekk, waqt il-ftuh ta’ l-ewwel fazi tan-negozjati tal-ftehim ta’ partnership ekonomiku, il-Parlament wera bic-car li l-ftuh tas-swieq mhiex soluzzjoni fiha nfisha. Skond id-deputati, dan il-ftuh irid ikun akkumpanjat minn ghajnuna biex jitjiebu l-infrastrutturi produttivi u kummercjali tal-pajjizi AKP, biex jitkabbar il-kontenut tekonologiku ta’ l-esportazzjonijiet taghhom u l-livell ta’ edukazzjoni u ta’ ricerka taghhom. It-trasferimenti tat-teknologija jridu jimxu pass pass mat-trattib tal-kundizzjonijiet ta’ l-ghoti tal-licenzji tal-manifattura fil-pajjizi li qed jizviluppaw. Dan huwa partikolarment importanti ghall-medicini. Id-deputati kienu mhassba bl-istess mod fuq l-inkluzjoni tal-kummerc tas-servizzi fin-negozjati. Huma jikkalkulaw li din il-kwistjoni trid tkun ezaminata bi prudenza u jitolbu li s-swieq pubblici jkunu eskluzi min-negozjati.



  
Relaturi:
  
Ftehim ta’ shubija ma’ l-Istati ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku: Didier Rod (Greens/EFA, F)
Negozjati ta’ ftehim ta’ shubija ekonomika mar-regjuni u mal-pajjizi ta’ l-AKP: Yasmine Boudjenah (GUE/NGL, F)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2000 : Miguel Angel Martínez Martínez (PES, E)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2001 : Marie-Arlette Carlotti (PES, F)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2002 : Joaquim Miranda (GUE/NGL, P)
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2003 : Colette Flesch (ELDR, L)
  
Atti finali pubblici fil-Gurnal Ufficjali :
  
Ftehim ta’ shubija ma’ l-Istati ta’ l-Affrika, tal-Karibew u tal-Pacifiku
Negozjati ta’ ftehim ta’ shubija ekonomika mar-regjuni u mal-pajjizi ta’ l-AKP - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2000 - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2001
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2002 - test adottat mill-Parlament
Xoghol ta’ l-Assemblea Kongunta AKP-UE fl-2003 - il-procedura ghadha ghaddejja

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004