Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR a common foreign policy


Ftehim ma' Pajjizi Terzi (pajjizi mhux membri ta' l-UE): L-ahhar kelma hi tal-Parlament

Il-ftehim ta' assocjazzjoni u dak ta' partnership huma l-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Istati membri ta' l-Unjoni u pajjizi li mhumiex membri. Meta ftehim jigi stipulati bejn l-Unjoni u l-pajjizi mhux membri (pajjizi terzi) dawn jridu jigu mressqa ghall-konferma tal-Parlament Ewropew, li minghajru t-trattat ma jkunx jista' jidhol fis-sehh jew jigi ratifikat.

Minkejja li l-ftehim ta' assocjazzjoni generalment jiffukaw fuq id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni ekonomika bejn il-partijiet koncernati, huma ta' spiss immirati lejn il-holqien ta' zona ta' kummerc hieles ghal prodotti specifici, agrikoli jew industrijali, sabiex fl-istess hin jigi favorit l-izvilupp sostenibbli. Is-suggetti tat-trattati jistghu jinkludu wkoll regoli dwar is-sigurtà, ic-cirkolazzjoni tal-persuni, l-immigrazzjoni klandestina, u l-glieda kontra l-kriminalità organizzata. Dawn jistghu jiffacilitaw l-kooperazzjoni f'oqsma differenti bhall-investiment privat, il-programmi ta' ricerka u l-harsien ta' l-ambjent kif ukoll jigu mhegga l-iskambji kulturali u socjali bejn ic-cittadini ta' zoni geografici differenti bil-ghan li jissahhah id-djalogu bejn ic-cittadini.
Fl-ahhar snin, fuq insistenza tal-Parlament, f'dawn il-ftehim bdew jigu introdotti klawzoli b'mod sistematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem, li l-ksur taghhom jista' jwassal ghas-sospensjoni ta' l-istess ftehim. Fl-imghoddi l-Parlament ghamel uzu minn dan il-mezz b'mod effettiv biex igieghel lil pajjizi terzi jiehdu impenn kredibbli fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Kien ghalhekk li fis-snin tmenin u disghin kien hemm dewmien biex jigu konkluzi l-ftehim u l-protokolli ma' pajjizi bhal Izrael, it-Turkija, s-Sirja u l-Marokk.

Biex jitressqu lejn xulxin ix-xtut tal-Mediterran

Tul il-legizlatura 1999-2004, il Parlament approva diversi ftehim ta' assocjazzjoni Ewro-Mediterranji ma' l-Egittu (2001), l-Algerija (2002) u l-Libanu (2003). Dawn huma konformi mad-Dikjarazzjoni ta' Barcellona li ghandha l-ghan li tohloq relazzjonijiet dejjem aktar mill-qrib bejn l-Unjoni u l-pajjizi tal-bacir tal-Mediterran. L-ghan ta' dawn id-diversi ftehim huwa li jikkontribwixxu ghall-paci u s-sigurtà, iheggu r-rapporti kummercjali u jsahhu d-djalogu politiku mar-regjun.
Il-Parlament Ewropew approva l-ftehim ma' l-Egittu wara aktar minn sitt snin ta' negozjati bejn il-partijiet koncernati. Is-setturi milquta huma bosta u ghandhom effetti diretti fuq il-hajja tan-nies: l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknologija, l-ambjent, l-industrija, is-servizzi finanzjarji, il-biedja u s-sajd, it-telekomunikazzjoni, l-energija, it-trasport, it-turizmu, il-hasil ta' flus, il-glieda kontra d-droga u t-terrorizmu kif ukoll il-harsien tal-konsumatur.

Il-ftehim ta' assocjazzjoni ma' l-Algerija ha hames snin ta' negozjati biex jintemm. Wahda mill-karatteristici partikolari ta' dan il-ftehim huwa l-intensifikazzjoni fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-gustizzja u l-intern. Dan se jhalli effetti tangibbli ghac-cittadini. Fil-qasam tac-cirkolazzjoni tal-persuni, il-firmatarji hadu l-impenn li jissimplifikaw u jhaffu l-proceduri biex jinhargu l-vizi. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll oqsma bhall-glieda kontra l-kriminalità organizzata, il-hasil ta' flus, ir-razzizmu u l-xenofobija, id-droga, it-terrorizmu kif ukoll il-prevenzjoni ta' l-immigrazzjoni klandestina.

Il Parlament esprima l-opinjoni favorevoli tieghu dwar il-ftehim mal-Libanu wara seba' snin ta' negozjati. Il-qofol ta' dan il-ftehim jikkonsisti fil-holqien gradwali ta' zona ta' kummerc hieles fil-qasam tal-prodotti agrikoli u industrijali tul perjodu ta' tnax-il sena. Barra minn dan, regoli ohra jiddefinixxu d-drittijiet ta' twaqqif, il-kompetizzjoni, ic-caqliq tal-kapital, il-harsien tal-propjetà intellettwali u l-kuntratti pubblici.

Ftehim strategiku ghall-Amerika Latina

Fl-ahharnett, meta fl-2003 approva l-ftehim ta' assocjazzjoni mac-Cili', il-Parlament dahhal fis-sehh forma ta' assocjazzjoni ta' valur strategiku kbir bejn l-Unjoni u l-Amerika Latina, fuq il-mudell ta' dik li kienet giet proposta f'rizoluzzjoni adottata f'l-2001. Il-ftehim huwa bbazat fuq tlett element principali: id-djalogu politiku, il-kummerc u l-kooperazzjoni. Il-klawzoli ta' kontenut politiku jittrattataw kapitoli bhall-isfidi tal-globalizzazzjoni, il-glieda kontra t-terrorizmu u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Taht l-aspett ta' l-iskambji kummercjali, il-ftehim jintroduci tnaqqis fit-tariffi li jmorru lil hinn mill-obbligi imposti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc (WTO), partikolarment f'dak li ghandu x'jaqsam mal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni tal-prodotti agrikoli u industrijali li gejjin mic-Cili'. Fl-ahharnett, id-dispozizzjonijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni jikkoncernaw il-glieda kontra l-immigrazzjoni klandestina u l-faqar kif ukoll l-harsien ta' l-ambjent.



  
Rapporteurs:
  
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u r-Repubblika Gharbija ta' l-Egittu: Hugues Martin (EPP-ED, F)
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u l-Algerija: Raimon Obiols i Germà (PES, E)
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u l-Libanu: Gerardo Galeote Quecedo (EPP-ED, E)
Ftehim ta' assocjazzjoni bejn il-KE u c-Cili': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (EPP-ED, E)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali
  
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u r-Repubblika Gharbija ta' l-Egittu - test approvat mill-Parlament
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u l-Algerija - test approvat mill-Parlament
Ftehim Ewromediterranju bejn il-KE u l-Libanu - test approvat mill-Parlament
Ftehim ta' assocjazzjoni bejn il-KE u c-Cili' - test approvat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004