Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Is-sigurtà fil-bahar
Is-servizzi tal-port
It-trasport bl-ajru
Kumpens ghal Passiggieri bl-Ajru
Is-sigurtà fit-toroq
L-ekopunti
Il-ferroviji
Is-servizzi postali
Il-Fondi Strutturali
u ta’ Koezjoni
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR on Rail liberalisation


Futur ahjar ghall-linji tal-ferroviji

Il-futur tal-linji tal-ferroviji ta’ l-Ewropa jidher aktar pozittiv wara li recentament giet adottata legislazzjoni li se thalli lill-kumpanniji Ewropej tal-ferroviji joperaw fuq il-linji kollha tas-suq intern ta’ l-UE, b’hekk tizdied il-kompetizzjoni u jitjiebu s-servizzi. Il-moviment tal-merkanzija huwa l-ewwel parti tas-suq li se jigi affettwat imma s-servizzi tal-passiggieri huma mistennija li jsegwu wara. Il-Parlament Ewropew appoggja bis-shih kompetizzjoni akbar fl-industrija tal-ferroviji, minhabba li l-MPE jittamaw li s-servizzi tal-ferroviji jitjiebu u jhajru aktar uzu minnu minflok trasport iehor ta' l-art u ta' l-ajru.

Kemm fil-kaz tat-trasport tal-merkanzija kif ukoll tas-servizzi tal-passiggieri hemm ragunijiet validi biex jigu nkoragguti l-linji tal-ferrovija minflok it-trasport ta' l-art u ta’ l-ajru: dan sabiex jitnaqqas it-traffiku mit-toroq u mill-ispazju ta’ l-ajru mblukkati u ghall-gid ta' l-ambjent, minhabba li l-ferroviji jiggeneraw anqas tniggis minn kwalunkwe mezz ta' trasport iehor. Izda, il-ferroviji ta’ l-Ewropa f’dan l-ahhar zmien kienu qed jaqghu lura meta mqabbla mat-trasport ta' l-art u ta’ l-ajru: infatti, bejn l-1970 u l-1998 is-sehem fis-suq tal-garr tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Ewropa nizel minn 21.1% ghal 8.4%. Izda, filwaqt li t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija kien qed jonqos fl-Ewropa, dan kien qed jizdied fl-Istati Uniti, fejn il-ferroviji issa jittrasportaw 40% tal-garr tal-merkanzija kollu.

Biex jizdied il-moviment bil-ferroviji fl-Ewropa m'hijiex bicca xoghol semplici, ghax is-sistema ferovjarja Ewropea hija msawwra minn hafna networks nazzjonali. Minhabba dan, hemm hafna problemi li jinkludu inkompatibilità teknika ta’ sistemi ta’ ferroviji differenti u n-nuqqas ta’ entuzjazmu ta’ xi gvernijiet biex jesponu lill-operaturi tal-ferroviji taghhom ghall-kompetizzjoni minn operaturi ta' l-Istati Membri l-ohra. Il-Kommunità Ewropea qed tavvanza fi stadji biex tikkoncedi lill-operaturi tal-ferroviji access ghan-networks minn naha ghal ohra tal-kontinent. Certu ammont ta’ liberalizzazzjoni kien ntrodott fil-bidu tad-90 u dan kien segwiti fl-2001 u 2003 minn zewg proposti legislattivi ta’ importanza kbira.

L-ewwel passi – l-liberazzjoni tal-garr internazzjonali tal-merkanzija

L-ewwel proposta dwar il-linji tal-ferroviji giet adottata fl-2001 u rrisultat f'pass ’il quddiem biex jigi lliberalizzat il-moviment tal-garr internazzjonali tal-merkanzija. Il-gvernijiet nazzjonali li ltaqghu fil-Kunsill tal-Ministri riedu jillimitaw il-liberalizzazzjoni ghan-Network Tans-Ewropea tal-Garr tal-Merkanzija bil-Ferrovija (NTEGMF), li tikkonsisti biss f’certi terminals u portijiet magguri. Taht pressjoni mill-Parlament, izda, il-ministri qablu li jillimitaw il-liberalizzazzjoni lill-NTEGMF sal-15 ta’ Marzu 2008 biss. Wara din id-data, kumpanniji tal-ferroviji li jixtiequ joperaw servizzi tal-merkanzija internazzjonali jkollhom access ghan-network Ewropea kollha kemm hi.
Din il-proposta legislattiva bidlet id-diversi regoli nazzjonali ghall-ghoti ta’ licenzji lill-kumpanniji tal-ferroviji, f'regoli standard, u fethet l-access ghall-infrastruttura tal-ferroviji u l-hrug ta' certifikati tas-sigurtà lill-kumpanniji tal-ferroviji. L-access ghas-suq hieles ma jkun ifisser xejn, minghajr regoli standard fl-Ewropa kollha, dwar dawn l-oqsma.

Il-liberalizzazzjoni tal-garr domestiku tal-merkanzija, flimkien ma’ l-iffissar ta' data aktar kmieni biex jigi lliberalizzat il-garr internazzjonali tal-merkanzija.

Izda, id-difensuri tat-trasport bil-ferrovija ikunsidraw ir-risultat ta’ l-ewwel proposta bhala limitata wisq. Zviluppi fid-dinja tal-ferroviji dehru jsostnu l-idea li kien hemm anke bzonn ta’ liberalizzazzjoni aktar mghaggla. Per ezempju, kienu qed jinbtu alleanzi godda bejn operaturi fl-Italja, il-Germanja, l-Awstrija u l-Olanda biex joperaw f’passaggi internazzjonali, specjalment minn naha ghal ohra ta’ l-Alpi. Il-Kummissjoni argumentat li l-ewwel proposta tal-ferroviji kienet holqot dinamismu fis-suq, li ggielet lit-trasportaturi, operaturi u investituri biex jistennew aktar liberalizzazzjoni. Hija ziedet li dawn l-istenniji kienu stimulati mis-sejha tal-Parlament biex ikun hemm ftuh shih fis-suq tal-garr tal-merkanzija waqt l-ahhar serje ta’ negozjati legislattivi fis-sena 2000.

Minhabba dan il-Kummissjoni ressqet it-tieni proposta dwar il-ferroviji fis-sena 2002 bil-ghan li tghaggel il-liberalizzazzjoni tat-traffiku tal-garr tal-merkanzija. Ghal darb’ohra, xi gvernijiet, partikolarment dawk ta’ Franza, il-Belgju u l-Lussemburgu, irrezistew liberalizzazzjoni aktar mghaggla. L-ewwel punt l-aktar importanti li kellu jigi miftiehem kienet data gdida ghal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-garr internazzjonali tal-merkanzija. Skond l-ewwel proposta dwar il-ferroviji din kienet iffissata ghas-sena 2008 izda t-tieni proposta resqet id-data 'l quddiem ghall-1 ta’ Jannar 2006 - ghalkemm kien il-Parlament li ha hsieb li tigi ffissata data preciza. Il-Parlament ried ukoll li s-servizzi tal-garr intern tal-merkanzija jigu liberalizzati mill-2006, imma iffaccja rezistenza mill-gvernijiet nazzjonali li ppreferew l-2008. Ghalhekk, l-MPE waslu ghal ftehim b’kompromess fuq id-data ta’ l-1 ta’ Jannar 2007.

Jmiss lis-servizzi tal-garr tal-passiggieri?

Is-servizzi tal-garr internazzjonali tal-passiggieri hija kwistjoni iktar sensittiva mill-garr tal-merkanzija, b’certi gvernijiet iwebbsu rashom kontra li jifthu n-networks tal-passiggieri taghhom ghall-kompetizzjoni minn kumpanniji tal-ferroviji ta' l-Istati Membri l-ohra.

Fit-tieni proposta dwar il-ferroviji, ntlahaq kompromess, li mhux car hafna, dwar il-garr internazzjonali tal-passiggieri, fejn gie ffissat l-2010 bhala "objettiv” ghal-liberalizzazzjoni; jigifieri minghajr garanziji specifici. Izda, il-kwistjoni mhix se tieqaf hemm ghax il-Kummissjoni diga qed thejji t-tielet proposta dwar il-ferroviji qed tipproponi l-2010 bhala d-data biex tigi lliberalizzata din il-kategorija ta' moviment.

Is-servizzi ta' garr intern tal-passiggieri huma l-ahhar pozizzjoni ta’ difiza tal-kumpanniji tal-ferroviji nazzjonali u xi gvernijiet jippreferu li jipposponu kemm jista’ jkun ’il boghod il-jum meta dawn ikunu finalment liberalizzati. Proposti biex jinfethu dawn is-servizzi ghal kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha m'humiex mistennija ghalissa.

Sigurtà u interoperabilità

Minbarra l-kwistjoni dwar id-dati meta ghandhom jidhlu fis-sess ir-regoli ghal-liberalizzazzjoni, it-tieni proposta dwar il-ferroviji, bhall-ewwel wahda, tinkludi sensiela ta’ mizuri dwar is-sigurtà u kwistjonijiet teknici.

Ir-regoli ta' sigurtà ffissati mill-gvernijiet nazzjonali se jkunu armonizzati. Il-Parlament ikkonvinca lill-gvernijiet biex ma jdahhlux regoli godda ta' sigurtà fuq bazi nazzjonali u kemm jistà jkun izommuhom f'minimu. Peress li l-incidenti tal-ferroviji jistghu jkun ikkawzat minn nuqqas ta' kommunikazzjoni tajba, l-MPE insistew li l-impiegati li jaghmlu xogholijiet essenzjali ta’ sigurtà ghandhom ikunu mharrga sew dwar il-kodici kif ukoll fil-lingwa li tintuza ghall-operazzjonijiet fuq ir-rotot li jahdmu fuqhom. Qasam iehhor inkluz f'din il-proposta legislattiva tirrigwarjda l-interoperabilità, u huwa mmirat biex jiddefenixxi l-ahjar livelli teknici biex ikunu armonizzati. Grazzi ghall-Parlament, se jkun obbligatorju li jigi nstallat fuq il-ferroviji sturment li jirrekordja (il-kaxxa s-sewda), simili ghal dawk li jintuzaw fuq l-ajruplani u fuq il-vapuri, sabiex tingabar data u jintuzaw metodi armonizzati ghall-ipprocessar ta' din id-data.

Fl-ahhar, Agenzija Ewropea tal-Ferroviji kienet imwaqqfa biex tissorvelja s-sigurtà u l-interoperabilità tas-sistema. Il-bord ta’ l-Agenzija se jkollu membri minn kull pajjiz ta’ l-UE u mill-Kummissjoni. Bhala rizultat tal-pressjoni mill-MPE, dawk li jhaddmu u l-impjegati se jkunu rraprezentati fuq il-bord u fuq il-gruppi ta’ hidma li jitrattaw il-kondizzjonijiet tax-xoghol, sahha u sigurtà.

Il-forzi tas-suq – jaghtu l-ahjar rizultati

L-ghan tal-legislazzjoni recenti ta' l-UE fuq il-ferroviji mhuwiex li tespandi s-sehem tas-suq tal-ferroviji billi tiggieled kontra l-forzi tas-suq imma pjuttost biex tuza l-forzi tas-suq biex tghin lill-industrija tal-ferroviji biex tikkompeti. Liberalizzazzjoni ma tfissirx necessarjament privatizzazzjoni, peress li kemm kumpanniji tal-ferroviji ta’ l-istat kif ukoll tal-privat ikunu jistghu jikkompetu ghan-negozju fi swieq li jkunu ghadhom kemm infethu.

Fl-ahhar, wiehed jista’ jaghmel paragun bejn l-attitudnijiet tal-Parlament lejn il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali u dik ta’ l-industrija tal-ferroviji. Fl-ewwel kaz, il-MPE opponew dak li huma raw bhala liberalizzazzjoni eccessiva u nsistew b’success li jinzamm servizz universali, bhat-tqassim tal-posta f’zoni rurali, bi prezzijiet ragonevoli ghall-klienti kollha. Fil-kaz tal-ferroviji, il-Parlament kien iktar herqan ghal-liberalizzazzjoni mill-gvernijiet nazzjonali, ghax jemmen li l-vantaggi li s-socjetà tistà tgawdi minn industrija tal-ferroviji aktar efficjenti huma akbar mill-izvantaggi.



  
Rapporteurs:
  
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità: Georg Jarzembowski (EPP-ED,D)
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Licenzjar tal-kumpaniji tal-ferroviji: Johannes Swoboda (PES,A)
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Trasport bil-ferroviji: il-kapacità u t-tariffi ta’ l-infrastruttura u certifikazzjoni tas-sigurtà: Johannes Swoboda (PES, A)
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità: Georg Jarzembowski (EPP-ED,D)
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Il-linji tal-Ferroviji tal-Komunità: sigurtà, licenzjar, tariffi, certifikazzjoni: Dirk Sterckx (ELDR,B)
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-interoperabilità tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea: Sylvaine Ainardi (GUE/NGL, F)
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-Agenzija Ewropea tal-Ferroviji: Gilles Savary (PES,F)
  
Gurnal Ufficjali – Atti Finali:
  
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità
>  L-ewwel Proposta dwar il-Ferroviji – Trasport bil-ferroviji: il-kapacità u t-tariffi ta’ l-infrastruttura u certifikazzjoni tas-sigurtà
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Zviluppi dwar il-linji tal-ferroviji tal-Komunità - procedura ghadha mhux mitmuma
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – Il-linji tal-Ferroviji tal-Komunità: sigurtà, licenzjar, tariffi, certifikazzjoni - Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-interoperabilità tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea - Procedura li ghadha ma gietx mitmuma
>  It-tieni Proposta dwar il-Ferroviji – L-Agenzija Ewropea tal-Ferroviji – procedura li ghadha ma gietx mitmuma

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004