| Proposti ta’ importanza kbira mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jinfethu s-servizzi postali ghal kompetizzjoni akbar gew ikkontrollati mill-MPE, li kienu ddeterminati illi anke n-nies li jghixu fl-aktar partijiet imbiegheda kellhom jibqghu jircievu l-posta bi prezz li jiflah ghalih. Fuq insistenza tal-Parlament Ewropew, il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-posta sejra tittiehed aktar bil-mod u tkun ikkontrollata b’aktar reqqa milli ppjanat fil-bidu, sabiex ikun jista’ jintlahaq bilanc ahjar bejn l-efficjenza ekonomika u l-htigijiet socjali.
Is-servizz postali fl-UE huma stmati illi jimmaniggjaw 135 biljun oggett fis-sena, li jiggenera fatturat ta’ madwar €80 biljun. L-isfida tal-lum hija illi zzomm “servizz universali” (servizz ta’ gbir u tqassim kuljum bi prezzijiet li jistghu jintlahqu, lil kull indirizz, anke f’partijiet imwarrbin) filwaqt illi taghmel lis-settur tal-posta kompetittiv bizzejjed sabiex ikampa f’ambjent tal-komunikazzjoni li dejjem jinbidel.
F’abbozz ta’ direttiva sabiex jittiehdu l-ewwel passi lejn il-liberalizzazzjoni ta’ l-industrija tal-posta, il-Kummissjoni ssugerit illi xi servizzi postali jinfethu ghall-kompatizzjoni, bis-suq intern ta’ dawn is-servizzi ikun komplut f’data aktar tard. Izda l-Parlament kien imhasseb illi anke din il-proposta kienet wisq u malajr wisq. Bhala rizultat tal-pressjoni tal-MPE, il-legizlazzjoni giet mibdula b’mod sinnifikanti. Il-fazijiet inizzjali tal-liberalizzazzjoni sejrin jigu mdahhlin aktar bil-mod milli riedet il-Kummissjoni u l-Parlament sejjer ikollu sehem importanti f’dak li jigri wara.
It-tqassim garantit ta’ l-ittri ordinarji
Fl-ahhar forma taghha, id-direttiva tas-servizzi postali ma tapplikax ghall-gbir u t-tqassim ta’ posta nazzjonali, jew posta li diehla minn pajjiz iehor, li tizen anqas minn 50g. Minhabba li l-kategorija ta’ anqas minn 50g tikkostitwixxi l-parti l-kbira tas-suq tal-posta, ittri ordinarji sejrin jibqghu ghalissa jigu migbura u mqassma, kif inhuma issa, minn “operaturi universali tas-servizz” li generalment huma l-ufficcju postali nazzjonali).
Madankollu. l-Parlament kien interessat ukoll illi jizgura li l-kategorija ta’ wara, li tizen bejn 50g u 100g, ghandha tkun taht l-operaturi universali tas-servizz ghal perjodu itwal (2003-2006) milli mahsub mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-MPE argumentaw illi l-liberalizzazzjoni totali ta’ posta li hierga mill-pajjiz kienet mizura drastika wisq u nsistew illi l-Istati Membri ghandhom ikunu jistghu jikkontrollaw dan is-settur “sakemm ikun necessarju sabiex jigi zgurat il-forniment universali tas-servizz”, li fil-prattika jfisser li tippermetti li l-ufficcji postali juzaw id-dhul minn din il-parti tas-suq sabiex jissussidja s-servizz universali.
Skeda gradwali
L-iskeda sabiex tkun introdotta l-kompetizzjoni stabbilita fil-legizlazzjoni l-gdida hija kif gej - mill-2003, tqassim ta’ posta li tizen aktar minn 100g jew li tiswa aktar minn tlett darbiet tal-prezz ta’ ittra standard; - mill-2006, it-tqassim ta’ posta li tizen aktar minn 50g jew li tiswa aktar minn darbtejn u nofs tal-prezz ta’ ittra standard; - mill 2003 kull posta li hierga mill-pajjiz ghajr meta Stat Membru jikkunsidra d-dhul minn din il-parti tas-suq mehtiega ghas-sostenn tas-servizz universali.
Billi hares aktar ‘il quddiem il-Parlament irnexxielu wkoll itawwal l-iskeda mahsuba mill-Kummissjoni ghall-fazi li jmiss ta’ liberalizzazzjoni. Huwa rrifjuta d-dati originali tal-Kummissjoni, li kienu sejrin ifissru li tittiehed decizjoni sa l-2005 fuq jekk is-suq tal-posta ghandux jinfetah mill-ewwel ta’ Jannar 2007 ‘il quddiem. Minflok, id-direttiva tehtieg illi l-Kummissjoni tlesti studju fl-2006 li jistma, ghal kull Stat Membru, l-impatt fuq is-servizzi universali jekk is-suq intern tas-servizzi postali kellu jitlesta fl-2009. Fuq il-bazi ta’ dak l-istudju, il-Kummissjoni ghandha tissottometti abbozz gdid ta’ legizlazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill tal-Ministri. Imbaghad dawn jew jikkonfermaw id-data ta’ l-2009 ghat-tlestija tas-suq intern postali jeww jissuggerixxu passi ohrajn.
Sabiex izomm ghajnejh fuq dak li qieghed jigri, il-Parlament ippressa fuq il-Kummissjoni illi tirraporta ghandu kull sentejn – l-ewwel darba sa l-ahhar ta’ l-2004 – dwar zviluppi fl-industrija. Minhabba illi l-Parlament sejjer ikollu s-setgha li jemeda aktar legizlazzjonijiet, il-MPE jistghu jizguraw li tal-posta dejjem ihabbat darba kuljum, jekk mhux darbtejn.
|