Il-Parlament Ewropew
fl-azzjoni
Punti Principali 1999-2004

 
Il-Parlament Ewropew
Riforma ta’ l-UE
Tkabbir
Id-drittijiet tac-cittadini
Il-Gustizzja
u l-affarijiet ta’ l-intern
Relazzjonijiet barranin
Is-Sigurtà u Difiza
Id-Drittijiet Umani
Il-Balkani
Il-ftehim ma’ pajjizi
mhux ta’ l-UE
Il-kummerc barrani
Il-kooperazzjoni ta’ zvilupp
L-UE-AKP
Il-mini kontra l-personal
Protezzjoni Ambjentali /
tal-Konsumatur
Trasport / Politika Regjonali
Agrikoltura / Sajd
Il-politika ekonomika
u monetarja
Il-Politika ta’ l-Impjiegi
u Socjali / Drittijiet tan-nisa
Suq intern / Industrija / Energija / Ricerka
 

EPP-ED PSE Group ELDR GUE/NGL The Greens| European Free Alliance UEN EDD/PDE

> ELDR a common foreign policy


Il-politika barranija, tas-sigurtà u d-difiza: pass wara l-iehor

Matul kwart ta' seklu, l-Istati Membri ta' l-UE iddiskutew dwar kwistjonijiet ta' politika internazzjonali, izda fil-prattika m'ghamlux wisq dwarhom ghajr li hargu xi stqarrijiet. It-tmiem ta' l-imperu Sovjetiku u d-destabilizzazzjoni fil-Balkani u fl-Ewropa tal-Lvant, wassal sabiex il-politika barranija, tas-sigurtà u d-difiza qieghda thasseb aktar lill-UE, ghalkemm mhux sal-punt li twassal ghal politika verament effettiva kif jixtiequ l-maggoranza tal-pubbliku u ta' l-Membri tal-PE. Il-Parlament Ewropew dejjem sahaq ghal approcc aktar ambizzjuz, f'termini ta' mizuri prattici, istituzzjonijiet kongunti effettivi u rizorsi operattivi. L-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 taw aktar piz lil dawn it-talbiet.

Il-Membri tal-PE jemmnu li l-UE tkun f'pozizzjoni li titkellem b'vuci wahda fuq ix-xena dinjija biss meta l-Istati Membri taghha jaslu ghar-rieda politika biex jaqblu fuq strategija cara u istituzzjonijiet effettivi. Ghal hafna zmien il-politika barranija komuni ta' l-UE kienet limitata biss ghall-kooperazzjoni ghall-izvilupp, ghajnuna ekonomika u ta' emergenza. It-Trattat ta' Maastricht, li dahal fis-sehh fl-1993, zied strument iehor: politika barranija u ta' sigurtà komuni (CFSP). Minkejja dan, b'mod differenti mis-suq komuni, per ezempju, is-CFSP m'hijiex genwinament politika "Komunitarja". Minflok, id-decizjonijiet fundamentali jittiehdu mill-Kunsill tal-Ministri, jigifieri mill-gvernijiet nazzjonali, u s-soltu jehtiegu vot unanimu. Il-Kummissjoni u l-Parlament ftit li xejn huma involuti.

It-Trattat ta' Amsterdam, li dahal fis-sehh fl-1999, ipprova jsib rimedju ghal zewg problemi. L-ewwelnett, l-UE kisbet id-dritt li tintervjeni b'mod militari f'sitwazzjonijiet ta' krizi ghal missjonijiet umanitarji, ta' zamma u tal-kisba tal-paci (l'hekk imsejha "missjonijiet ta' Petersberg"). It-tieninett, saret hatra ta' Rapprezentant Gholi ghas-CFSP bil-ghan li din tipprova tirrifletti l-impenn favur din il-politika. Però r-Rapprezentant Gholi dejjem jagixxi f'isem l-Istati Membri u l-Kunsill. Barra minn hekk, ir-rwol tieghu jista' jfixkel l-attivitajiet l-ohra ta' politika barranija tal-Kummissjoni (zvilupp, ghajnuna umanitarja, politika kummercjali). Iktar minn hekk, sabiex jinstab rimedju ghall-paralizi kkawzata mill-htiega ta' unanimità li spiss wasslet ghal sitwazzjoni fejn id-decizjonijiet kienu jigu bbazati fuq l-inqas element komuni, it-Trattat ta' Amsterdam dahhal l-ghazliet ta' "l-astensjoni kostruttiva" biex jippermetti li jittiehdu mizuri minghajr l-appogg attiv ta' l-Istati Membri kollha, u tal-"kooperazzjoni mizjuda" biex jippermetti lil grupp ta' Stati li, jekk iridu, jikkooperaw aktar mill-qrib.

L-izviluppi militari komplew fl-1999 meta l-Kunsill Ewropew ta' Helsinki ddecieda li l-Istati Membri sa mill-2003 ghandhom ikunu jistghu jipprovdu truppi fi zmien 60 jum u jmantnu ghal sena qawwiet militari ta' 50,000 jew 60,000 ruh biex iwettqu l-missjonijiet ta' Petersberg.

Ministru ghall-Affarijiet Barranin ta' l-UE

Fl-2000, bil-ghan li jkun hemm aktar koerenza u tkun aktar effettiva, il-Parlament Ewropew sahaq sabiex l-irwol tar-Rapprezentant Gholi u dak tal-Kummissarju ghar-Relazzjonijiet Esterni jinghaqdu fil-kariga ta' Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-UE li jkollu l-grad ta' Vici President tal-Kummissjoni. Il-Membri tal-PE iddifendew b'success din l-idea fil-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa, u giet inkluza fl-abbozz tat-trattat kostituzzjonali. Però l-abbozz tal-kostituzzjoni ma tipprevedix li l-Parlament ikun kkonsultat aktar minn qabel f'dan l-ambitu, u s-sejha ta' l-istess Parlament sabiex id-decizjonijiet jittiehdu b'maggoranza kkwalifikata ma ntlaqghatx, hlief fil-kaz ta' proposta mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-UE li hija sostnuta mill-Kummissjoni.

Fuq livell operattiv, l-abbozz tal-kostituzzjoni jsemmi l-holqien ta' Agenzija Ewropea ta' l-Armamenti u t-twessigh tal-missjonijiet ta' Petersberg biex jinkludu missjonijiet ta' dizarm u l-glieda kontra t-terrorizmu. Taht "klawzola ta' solidarjetà" l-Istati Membri jghinu lil xulxin u jipprovdu r-rizorsi civili u militari taghhom fil-glieda kontra t-terrorizmu. Il-Membri tal-PE ipproponew ukoll li mat-Trattat tizdied "klawzola ta' difiza kollettiva", li hi simili ghall-klawzola tan-NATO, li tkun tapplika ghall-Istati Membri li jixtiquha, izda din l-idea ma gietx milqugha.

Ir-rwol tal-Parlament qieghed dejjem jikber

Ghalkemm l-Istati Membri jiehdu d-decizjonijiet finali fuq kwestjonijiet ta' affarijiet barranin, sigurta' u difiza, il-Parlament Ewropew irid jigi ghallinqas infurmat minn qabel dwar il-mandat, il-kapacitajiet u l-impatt finanzjarju ta' kull mizura politika u ta' kull missjoni mahsuba f'isem l-UE. Fl-ahhar snin, il-Membri tal-PE bnew rabtiet aktar mill-qrib mar-Rapprezentant Gholi, il-Kummissarji koncernati, il-Presidenza ta' l-Unjoni u l-mibghuta specjali ta' l-UE f'certi regjuni tad-dinja.

Il-Membri tal-PE jistghu ukoll iheggu li jittiehdu passi billi jiehdu sehem f'dibattiti politici u pubblici. Fir-rapporti, rakkomandazzjonijiet u mistoqsijiet li huma jaghmlu lid-diversi awtoritajiet ta' l-UE, huma jistghu jezercitaw xi influwenza, per ezempju billi jheggu lill-Kummissjoni biex tressaq xi mizuri. Fuq kollox, il-Parlament ghandu poteri fuq il-budget li jkopru l-mizuri li ghandhom x'jaqsmu mas-CFSP (madwar 50 miljun ewro ghas-sena 2003). Il-Parlament però m'ghandu l-ebda poter fuq il-bagit tad-difiza li taqa' direttament taht il-bagit ta' l-Istati Membri.

Il-prioritajiet politici tal-Parlament Ewropew huma mfissra kull sena fir-rapport annwali dwar il-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiza ta' l-UE. Fl-2002, il-Membri tal-PE wrew is-sodisfazzjon taghhom ghall-kooperazzjoni bla precedenti bejn l-istituzzjonijiet ta' l-UE wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 u ssuggerew li jigu miggielda l-gheruq tat-terrorizmu billi jigi stabbilit djalogu ma' l-istati dghajfin u instabbli. Fl-2003 huma approvaw l-involviment ta' l-UE fil-krizi Afgana, mhux biss fuq il-livell politiku u ekonomiku izda wkoll fuq dak militari, permezz tal-International Security Assistance Force (ISAF). Però huma kkundannaw il-fatt li l-gwerra fl-Iraq ghamlet hsara lill-kredibbiltà tas-CFSP u qalu li din tissewwa skond il-kapacitajiet militari ta' l-UE u x-xewqa ta' l-Unjoni li tipprovdihom.

L-ewwel missjonijiet militari

Fl-2003 l-UE tat bidu ghall-ewwel mit-tliet missjonijiet taghha f'zoni ta' krizi u hadet responsabbiltajiet vizibbli f'dawn il-postijiet. Fl-1 ta' Jannar 2003, korp ta' 500 pulizija ta' l-UE ha post il-Gnus Maqghuda fil-Bosnia-Herzegovina ghal perjodu ta' tliet snin, ukoll sabiex tharreg il-korp tal-pulizija lokali. F'Marzu 2003 l-UE wettqet l-ewwel missjoni militari taghha, meta hadet post in-NATO fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja. L-UE pprovdiet forza militari ta' 350 suldat (maghrufa bhala Operation Concordia), biex tipprova tistabbilixxi l-paci mehtiega sabiex jitwettqu riformi istituzzjonali. Ma' din zdiedet missjoni tal-pulizija (200 ufficjal, maghrufa bhala Operation Proxima). Fl-ahharnett, l-ewwel missjoni militari indipendenti ta' l-UE kienet Operation Artemis fir-regjun ta' Ituri fil-Kongo. Dan juri li l-UE hija bazikament lesta li taccetta l-idea li tibghat truppi Ewropej ghal interventi militari umanitarji, anke barra mill-kontinent Ewropew.

Le ghall-gwerra ta' l-Iraq

F'rapport imhejji f'Mejju 2002, il-Parlament widdeb lill-komunità internazzjonali dwar il-programm ta' armamenti nukleari tar-regim Iraqin. Fih jintqal li l-Iraq qieghed f'pozizzjoni li jkollu armi nukleari fi zmien hames snin jekk jitnehhew is-sanzjonijiet kontra l-pajjiz. Il-Membri tal-PE ghalhekk sejhu ghat-tkomplija ta' l-embargo fuq l-armi imma wkoll ghat-twaqqif tas-sanzjonijiet l-ohra. Il-Parlament heggeg ukoll soluzzjoni politika multilaterali taht l-awspicji tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa kien kontra kull azzjoni militari mhux koperta mir-rizoluzzjonijiet tal-Gnus Maqghuda u sejhet lill-awtoritajiet Iraqini biex jaccettaw l-ispezzjonijiet ta' l-UNMOVIC (United Nations Monitoring, Verification and Inspection Commission). Il-Membri tal-PE ikkundannaw ukoll hafna vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq.

Fit-30 ta' Jannar 2003, ftit gimghat qabel ma faqqghet il-gwerra, l-Parlament addotta rizoluzzjoni dwar l-Iraq b'287 vot favur, 209 kontra u 26 astensjoni. Il-Membri tal-PE qalu li l-ksur tar-Rizoluzzjoni 1441 tan-NU identifikat mill-ispetturi tan-NU ma kinux jiggustifikaw azzjoni militari. Huma opponew kull mizura militari unilaterali u sostnew li attakk preventiv kien imur kontra l-ligi internazzjonali. Wara li bdiet il-gwerra, il-Membri tal-PE ma kinux immuni mill-firdiet li nibtu bejn il-gvernijiet Ewropej u ma rnexxilhomx jiehdu pozizzjoni komuni gdida dwar il-gwerra. Madankollu, rapport dwar ir-rikostruzzjoni tal-pajjiz inghata appogg mifrux.

Il-Parlament u l-Lvant Nofsani

F'Ottubru ta' l-2003, meta l-vjolenza fil-Lvant Nofsani kienet haga ta' kuljum, il-Parlament addotta rapport li ghamel sejha sabiex kemm il-Gvern Izraeljan kif ukoll l-Awtorità tal-Palestina japplikaw minghajr kundizzjoni r-"road map" imhejjija mill-Kwartett (l-Stati Uniti, ir-Russja, l-EU u n-NU). Il-Parlament ghamel sejha ghall-koezistenza bejn zewg stati sovrani, bid-dritt ghal kull wiehed minnhom li jghix f'sigurtà. Il-Membri tal-PE ikkundannaw bil-qawwa t-terrorizmu Palestinjan u sejhu lill-Awtorità Palestinjana sabiex terga' tistabblilixxi l-ordni pubbliku u taghmel sforzi konkreti u aktar vizibbli biex ixxolji l-organizzazzjonijiet terroristici. Min-naha tieghu, il-Gvern Izraeljan gie mheggeg sabiex jirtira t-truppi militari tieghu mit-territorji Palestinjani, iwaqqaf il-qtil immirat u jiffriza t-tifrix tal-qaghdiet kif ukoll il-bini tal-"hajt ta' sigurtà".

F'April ta' l-2002, il-Parlament addotta rakkomandazzjoni lill-Kunsill li fiha heggu sabiex jissospendi l-Ftehim ta' Assocjazzjoni bejn l-UE u l-Izrael (269 vot favur, 208 kontra u 22 astensjoni) minhabba fl-eskalazzjoni militari mwettqa mill-Gvern Izraeljan. Madankollu, il-Kunsill tal-Ministri ma mexiex skond din ir-rakkomandazzjoni.
Barra minn hekk, fi Frar ta' l-2003, wara talba ffirmata minn madwar 170 Membru tal-PE, twaqqaf grupp ta' xoghol sabiex jivverifika l-uzu tal-fondi moghtija mill-UE lill-Awtorità Palestinjana, minhabba li kien hemm il-biza' li dawn kienu qed jigu wzati ghal ghanijiet ohra u sahansitra biex jigu ffinanzjati netwerks terroristi. Dan il-grupp ta' xoghol twaqqaf fil-kuntest tad-dritt tal-PE li jikkontrolla t-trasparenza tal-kontijiet ta' l-UE, ghalkemm m'ghandux il-poteri investigattivi ta' kumitat ta' inkjesta ufficjali. Fil-31 ta' Marzu 2004 il-grupp ta' xoghol addotta zewg rapporti (wiehed ta' "maggoranza" u iehor ta' "minoranza"), minhabba fl-interpretazzjoni differenti ta' l-informazzjoni miksuba. Iz-zewg rapporti ghallinqas ghandhom konkluzjoni wahda komuni: jekk l-UE fil-futur tiddeciedi li ggedded l-ghajnuna bagitarja lill-Awtorità Palestinjana, ghandu jkun hemm kundizzjonijiet cari u mekkanizmi ta' kontroll ahjar. Dawn ir-rapporti ghandhom jigu diskussi mit-tliet kumitati kompetenti (ghall-budget, ghall-kontroll tal-budget, u ghall-affarijiet barranin) matul il-legizlatura li jmiss.



  
Rapporteurs:
  
L-izvilupp ta' politika komuni Ewropea ta' sigurtà u ta' difiza wara Köln u Helsinki: Catherine Lalumière (PES, F)
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (l-1 rapport annwali): Gary Titley (PES, UK)
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (it-2 rapport annwali): Gary Titley (PES, UK)
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (it-3 rapport annwali): Gary Titley (PES, UK)
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (ir-4 rapport annwali): Karl von Wogau (EPP-ED, D)
Is-sitwazzjoni fl-Iraq hdax-il sena wara l-Gwerra tal-Golf: Il-Barunessa Nicholson of Winterbourne (ELDR, UK)
Il-progress miksub fl-implimentazzjoni tas-CFSP: Elmar Brok (EPP-ED, D)
L-arkitettura l-gdida tas-sigurtà u d-difiza Ewropea: Philippe Morillon (EPP-ED, F)
L-aspetti ewlenija u l-ghazliet fundamentali tas-CFSP: il-konsegwenzi finanzjarji ghall-budget ta' l-UE: Philippe Morillon (EPP-ED, F)
Taghmir ta' difiza: il-politika, l-industrija u s-suq Ewropej: Luís Queiró (UEN, P)
  
Gurnal Ufficjali - Atti Finali:
  
L-izvilupp ta' politika komuni Ewropea ta' sigurtà u ta' difiza wara Köln u Helsinki - test addottat mill-Parlament
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (l-1 rapport annwali) - test addottat mill-Parlament
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (it-2 rapport annwali) - test addottat mill-Parlament
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (ir-3 rapport annwali) - test addottat mill-Parlament
Kodici ta' mgieba dwar l-esportazzjoni ta' l-armi (ir-4 rapport annwali) - test addottat mill-Parlament
Is-sitwazzjoni fl-Iraq hdax-il sena wara l-Gwerra tal-Golf - test addottat mill-Parlament
Il-progress miksub fl-implimentazzjoni tas-CFSP - test addottat mill-Parlament
L-arkitettura l-gdida tas-sigurtà u d-difiza Ewropea - test addottat mill-Parlament
L-aspetti ewlenija u l-ghazliet fundamentali tas-CFSP: il-konsegwenzi finanzjarji ghall-budget ta' l-UE - test addottat mill-Parlament
Taghmir ta' difiza: il-politika, l-industrija u s-suq Ewropej - test addottat mill-Parlament

 

 

 
  Publishing deadline: 2 April 2004